Segretarjat Assistenza Socjali

Segretarjat Assistenza Socjali Is-Segretarjat Assistenza Socjali (SAS) twaqqfet fl-1962 mill-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi u afdah immedjatament f'idejn l-Azzjoni Kattolika.

Minn dak iz-zmien 'l hawn ghaddew hamsin sena, inbidlu z-zminijiet imma l-ghanjiet baqghu l-istess ghalkemm gew zviluppati u adattati ghaz-zminijiet ta' llum. Il-prijoritajiet tbiddlu fejn inhass il-bzonn, filwaqt li l-mod ta' kif tinghata l-ghajnuna hadet diversi forom b'aktar enfazi fuq empowerment.

25/06/2026

Solidarjetà ma’ Ħutna Morda bil-Kanċer
Is- Segretarjat Assistenza Socjali qed jistieden lill-pubbliku biex jattendi għal Quddiesa speċjali ta’ talb u solidarjetà mal-persuni milquta mill-kanċer.
Il-Quddiesa se ssir nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Lulju 2026, fis-6.30 p.m., fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta, fejn huwa meqjum San Mikiel tal-Qaddisin Kollha, Patrun tal-Morda bil-Kanċer.
Permezz ta’ din l-inizjattiva, l-AKM tixtieq tħeġġeġ lill-komunità tingħaqad fit-talb għal dawk li qed jgħixu l-esperjenza tal-kanċer, għall-familji tagħhom u għal dawk kollha li jagħtuhom kura u appoġġ. Din il-Quddiesa se tagħlaq in-Novena ta’ San Mikiel tal-Qaddisin Kollha, li kull sena tiġbor flimkien lill-fidili f’mument ta’ talb, tama u qrubija spiritwali mal-morda.
Il-pubbliku kollu huwa mistieden jattendi.

26/03/2026

Is-Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS) tal-Azzjoni Kattolika Maltija għal darb'oħra se jkun qed jorganizza l-Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju bejn id-Duluri, 27 ta' Marzu u l-Ġimgħa l-Kbira, 3 t’April. Din il-kampanja għandha l-iskop li tqajjem kuxjenza fost il-poplu Malti, għar-responsabbiltà li għandu kull wieħed minna lejn kull min ikun għaddej minn xi forma ta’ tbatija, b’mod partikolari lill-familji fil-bżonn.

Address

Istitut Kattoliku
Il-Furjana

Telephone

+35621654374

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Segretarjat Assistenza Socjali posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Segretarjat Assistenza Socjali:

Shortcuts

Share

Category