EDU Infrastructure Programme

Website

EDU Infrastructure Programme Building a Brighter Future Together.

MEYR is investing €91M over 13 years to modernise schools with integrated technology, flexible and eco- friendly design and improved indoor and outdoor facilities for the wellbeing of students, educators, and staff.

23/10/2026
Spazju ġdid għall-istudenti fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Lija - Kulleġġ Santa Tereza.B’investiment kontinwu fl-ambjenti ed...
29/09/2026

Spazju ġdid għall-istudenti fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Lija - Kulleġġ Santa Tereza.

B’investiment kontinwu fl-ambjenti edukattivi tagħna, tlestew xogħlijiet ta’ tisbiħ u titjib fiż-żona tal-Kindergarten fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Lija. Ġie maħluq spazju modern, sigur u stimulanti b’ħaxix sintetiku, tagħmir edukattiv interattiv u żoni ddedikati għal-logħob u t-tagħlim.

Dan l-ambjent ġdid se jkun qed joffri opportunitajiet aħjar għall-iżvilupp, il-kreattività u t-tagħlim permezz tal-logħob lill-istudenti li jattendu l-Iskola Primarja ta’ Ħal Lija, inklużi tfal minn Ħal Lija, Ħal Balzan u l-Iklin.

Ninvestu f’ambjenti edukattivi ta’ kwalità biex noffru l-aqwa esperjenza possibbli għall-istudenti tagħna.

Skola Sekondarja tal-Imriehel, Kulleġġ Santa Tereza. Librerija Ġdida.Ix-xogħlijiet relatati mal-librerija ġdida tal-Isko...
29/09/2026

Skola Sekondarja tal-Imriehel, Kulleġġ Santa Tereza. Librerija Ġdida.

Ix-xogħlijiet relatati mal-librerija ġdida tal-Iskola ġew konklużi b’suċċess. B’dan, tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett ta’ rinovazzjoni tal-kumpless, li tinkludi wkoll is-sala tal-iskola u l-kantin. Ix-xogħlijiet fuq dawn iż-żewġ faċilitajiet jinsabu fi stadju avvanzat, sabiex ikunu jistgħu jibdew jintużaw mill-istudenti tagħna fl-eqreb żmien possibbli.

28/09/2026

It-Tnejn filgħodu, l-edukaturi tal-Iskola Primarja tal-Belt żanżnu binja ġdida fjamanta, m'ogħla erba' sulari, wara li sarilha kollox mill-ġdid

Matul il-waqfa tas-sajf twettqu xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni, manutenzjoni u titjib fl-iskejjel tagħna biex noffru ambje...
28/09/2026

Matul il-waqfa tas-sajf twettqu xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni, manutenzjoni u titjib fl-iskejjel tagħna biex noffru ambjent aktar modern, sigur u akkoljenti għall-istudenti u l-edukaturi.

Nirringrazzjaw mill-qalb lill-ħaddiema kollha u llill-partijiet kollha involuti għad-dedikazzjoni u l-appoġġ tagħhom biex dawn ix-xogħlijiet twettqu b’suċċess.

Fl-istess waqt, nawguraw lill-istudenti, lill-edukaturi u lill-membri kollha sena skolastika ġdida mimlija suċċessi, tagħlim u opportunitajiet ġodda. 📚✨

Skola Primarja Raħal Ġdid – Kulleġġ San Ġorġ PrecaIx-xogħlijiet ta’ rinovazzjoni u titjib ta' faċilitajiet ġodda sanitar...
27/09/2026

Skola Primarja Raħal Ġdid – Kulleġġ San Ġorġ Preca

Ix-xogħlijiet ta’ rinovazzjoni u titjib ta' faċilitajiet ġodda sanitarji nkluż faċilitajiet għal persuni b’diżabilità, issa tlestew b’suċċess. Il-proġett inkluda l-installazzjoni ta’ tagħmir sanitarju ġdid, sistemi tal-plaming u tad-drenaġġ, installazzjonijiet elettriċi, finituri tal-ħitan u tas-soqfa u l-armar u l-attrezzaturi kollha relatati. Dawn il-faċilitajiet ġodda issa huma kompletament operattivi u disponibbli għall-użu tal-istudenti u l-edukaturi.

Ħajr lill-komunita tal-skola u lil kull min ħadem biex dan il-proġett seta’ jitwettaq b’suċċess.

Skola Primarja Valletta – Kulleġġ San Ġorġ PrecaIx-xogħlijiet tal-ewwel fażi tar-rinovazzjoni fl-Iskola Primarja tal-Bel...
27/09/2026

Skola Primarja Valletta – Kulleġġ San Ġorġ Preca

Ix-xogħlijiet tal-ewwel fażi tar-rinovazzjoni fl-Iskola Primarja tal-Belt Valletta issa tlestew b’suċċess. Permezz ta’ dawn l-interventi, inħoloq ambjent ta’ tagħlim modern, sabiħ u akkoljenti li ser ikompli jtejjeb l-esperjenza edukattiva kemm għall-istudenti kif ukoll għall-edukaturi tagħna li għada ser jidħlu fi skola totalment ġdida inkluż bl-arja kkundizzjonata.

Ħajr lil komunità skolastika u lil kull min ta' l-kontribut tiegħu, speċjalment lil ħaddiema kollha tal-Edu Infrastructure Programme.

Skola Primarja Paola - Kulleġġ San Ġorġ PrecaIx-xogħlijiet ta’ rinovazzjoni u titjib tal-faċilitajiet sanitarji ġodda, i...
26/09/2026

Skola Primarja Paola - Kulleġġ San Ġorġ Preca

Ix-xogħlijiet ta’ rinovazzjoni u titjib tal-faċilitajiet sanitarji ġodda, inklużi faċilitajiet għal persuni b’diżabilità tlestew b’suċċess. Il-proġett kien jinkludi l-installazzjoni ta’ tagħmir sanitarju ġdid, sistemi tal-plaming u tad-drenaġġ, installazzjonijiet elettriċi, finituri tal-ħitan u tas-soqfa, kif ukoll l-armar u l-attrezzaturi kollha relatati. Dawn il-faċilitajiet moderni issa huma kompletament operattivi u disponibbli għall-użu tal-istudenti u l-edukaturi.

Hajr lill-komunità skolastika u lil kull min ta l-kontribut tiegħu sabiex dan il-proġett seta’ jitwettaq b’suċċess.

Skola Primarja Valletta - Kulleġġ San Ġorġ PrecaIx-xogħlijiet tal-ewwel fażi tar-rinovazzjoni fl-Iskola Primarja tal-Bel...
20/09/2026

Skola Primarja Valletta - Kulleġġ San Ġorġ Preca

Ix-xogħlijiet tal-ewwel fażi tar-rinovazzjoni fl-Iskola Primarja tal-Belt Valletta waslu fl-aħħar stadji tagħhom. Fadal biss l-aħħar irtokki sabiex jinħoloq ambjent ta’ tagħlim modern, sabiħ u akkoljenti għall-edukaturi u l-istudenti tagħna. ✨

14/09/2026

 Il-Middle School tal-Blata Bajda, dik li kienet magħrufa bħala l-Iskola Marija Reġina, għaddejja minn tiġdid…

Address

Ministry For Education, Sport, Youth, Research And Innovation (MEYR) Great Siege Road
Il-Furjana
VLT2000

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when EDU Infrastructure Programme posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share

Category