Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Partit Nazzjonalista, Political Party, Partit Nazzjonalista, Pietà.

01/09/2026

Filwaqt li l-kriżi tal-qtugħ tad-dawl għadha magħna, Robert Abela u Miriam Dalli lanqas id-diċenza li jispjegawlna l-fatti jew jgħidu l-verità ma baqgħalhom. Il-Gvern falla u jrid jinżamm kontabbli.

Il-Gvern Laburista ma jafx jippjana, u int qed tbati l-konsegwenzi. Kemm se ndumu nistennew biex Miriam Dalli terfa’ r-responsabbiltà politika? Biex il-Gvern jagħti kumpens lill-familji u n-negozji milquta? U biex Robert Abela jsolvi l-problemi li ħoloq hu stess?

31/08/2026

Maratona Ġbir ta' Fondi f'għeluq is-sena ta' Alex Borg bħala Kap tal-PN.

Nhar il-Ġimgħa 4 ta' Settembru fuq NET Television u NET FM.

Niltaqgħu!

30/08/2026

Il-Kap tal-PN Alex Borg illejla pparteċipa fil-maratona li qed issir b'risq Dar Bjorn.

Hu rringrazzja lil Bjorn u lil Maria tal-ġid li jagħmlu ma' tant nies li jgħixu bl-ALS u fakkar kif flimkien mal-ħaddiema u l-voluntieri tagħhom jwettqu din il-ħidma nobbli tul is-sena kollha - ħidma li qed tħalli impatt fuq ħafna familji Maltin u Għawdxin.

Gvern serju b’ekonomija b’saħħitha f’idejh ma jħallix lin-nies fid-dlam.Waqt intervista dalgħodu fuq NET TV, il-Kap tal-...
30/08/2026

Gvern serju b’ekonomija b’saħħitha f’idejh ma jħallix lin-nies fid-dlam.

Waqt intervista dalgħodu fuq NET TV, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg tkellem dwar il-kriżi tad-dawl - kriżi fejn il-familji, l-anzjani u n-negozji tħallew waħidhom – partikolarment f’Għawdex – filwaqt li Robert Abela u Miriam Dalli naqsu milli jerfgħu r-responsabbiltà.

Alex Borg tkellem ukoll dwar il-ħidma kontinwa tal-PN, l-awtonomija li għandha tingħata lura lill-Kunsilli Lokali, il-ġuri marbut mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u l-proċess ta’ tisħiħ u tiġdid tal-Partit.

Huwa ħabbar ukoll li wara tmien snin, il-Partit Nazzjonalista se jerġa' jieħu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza lura fuq il-Fosos.

Il-PN se jibqa’ qrib in-nies: jisma’, jipproponi s-soluzzjonijiet u jżomm lill-Gvern kontabbli, u se jibqa' jaħdem bis-sħiħ biex ikun gvern b’saħħtu għal għada.

30/08/2026

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg intervistat fuq NET Television.

27/08/2026

Il-Gvern isejħilhom Gvernijiet Lokali, iżda ma jafdahomx jamministraw il-fondi skont il-bżonnijiet tar-residenti.

Il-Partit Nazzjonalista welled il-Kunsilli Lokali għax jemmen li ħadd ma jaf il-bżonnijiet reali tal-lokalità daqs ir-residenti tagħha.

Il-Gvern għandu jispjega jekk din id-darba l-Kunsilli Lokali f'Għawdex hux se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi jew hux se jerġgħu jiġu esklużi minn din l-iskema, jekk il-Kunsilli hux qed ikollhom sehem fl-għażla ta' kif jużaw il-fondi fil-lokalitajiet tagħhom u fejn u kif qed jintefqu l-flus skont il-lokalitajiet.

26/08/2026

Il-Partit Nazzjonalista jemmen f’politika li tikkonsulta.

Qabel ma jerġa’ jiftaħ il-Parlament, il-Partit Nazzjonalista jrid jisma’ x’għandu x’jgħid il-pubbliku dwar l-Abbozz li jistabbilixxi t-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Għandek proposta, opinjoni jew idea li tixtieq twassal? Għamel il-kontribut tiegħek fuq https://pn.org.mt/riformi sa nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Settembru 2026.

Riforma serja tinbena fuq konsultazzjoni ġenwina u kunsens wiesa’. Għalina, leħnek jgħodd.

Il-kriżi demografika tal-Floriana ma tistax tibqa’ tiġi injorata.Waqt laqgħa mal-Kunsill Lokali tal-Floriana, il-Kap tal...
25/08/2026

Il-kriżi demografika tal-Floriana ma tistax tibqa’ tiġi injorata.

Waqt laqgħa mal-Kunsill Lokali tal-Floriana, il-Kap tal-PN Alex Borg, flimkien max-Shadow Ministers Bernice Bonello u Julie Zahra, saħaq li r-riġenerazzjoni għandha ssaħħaħ il-komunità, mhux tieħu postha.

Il-Partit Nazzjonalista ilu jitkellem dwar il-problemi demografiċi tal-pajjiż u lest ikompli jaħdem mal-Kunsill u mal-Gvern fuq soluzzjonijiet konkreti biex il-Floriana tibqa’ komunità ħajja.

24/08/2026

Xahar wara li mijiet ta' negozji u familji sofrew qtugħ fit-tul tad-dawl, il-Gvern għadu lanqas ippubblika l-applikazzjonijiet għall-kumpens.

Il-familji u n-negozji għandhom bżonn il-kumpens issa u m'għandhomx jitħallew aktar żmien biex jieħdu lura flus li tilfu xahar ilu.

24/08/2026

Il-Partit Nazzjonalista fetaħ proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma proposta tal-appelli tal-ippjanar.

Qed nistiednu lill-istakeholders kollha – fosthom residenti, kunsilli lokali, NGOs, professjonisti, żviluppaturi u rappreżentanti tal-industrija – biex jaqsmu magħna l-analiżi, it-tħassib u l-proposti tagħhom. Il-kontribut tagħkom se jgħin fit-tfassil tal-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni u tal-emendi li jistgħu jitressqu fil-Parlament.

Agħti l-kontribut tiegħek fuq 👉 [https://pn.org.mt/riformi](https://pn.org.mt/riformi)

Address

Partit Nazzjonalista
Pietà
PTA1450

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Partit Nazzjonalista posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Partit Nazzjonalista:

Shortcuts

Share