22/07/2026
🇲🇹
🧠 Jum Dinji tal-Moħħ 2026 | 22 ta' Lulju
Illum iċċelebrajna Jum Dinji tal-Moħħ fi ħdan l'Anzjanita' Attiva u Kura fil-Komunita' permezz ta' firxa ta' attivitajiet immirati biex jippromwovu s-saħħa tal-moħħ.
Matul il-ġurnata, il-parteċipanti setgħu jgawdu minn:
🥣 Kolazzjon nutrittiv.
🗣️ Sessjoni b'pariri prattiċi dwar kif nistgħu nippromwovu s-saħħa tal-moħħ u l-benesseri tagħna.
💪 Sessjoni li enfasizzat l-importanza tal-attività fiżika biex jinżamm moħħ b'saħħtu.
💌 Attivitajiet interattivi mfassla biex iqajmu aktar għarfien dwar is-saħħa tal-moħħ, fosthom il-Brain Health Pocket Notes, li xerrdu messaġġi pożittivi filwaqt li ħeġġew lill-parteċipanti jadottaw drawwiet sempliċi li jippromwovu s-saħħa tal-moħħ fil-ħajja ta' kuljum.
Għażliet żgħar fl-istil ta' ħajja jistgħu jagħmlu differenza kbira. Dieta bilanċjata, attività fiżika regolari, kuntatt soċjali, u rqad ta' kwalità huma kollha fatturi li jgħinu biex jinżamm moħħ b'saħħtu.
Ejja naħdmu flimkien biex nieħdu ħsieb is-saħħa tal-moħħ tagħna - għax kull għażla tajba li nagħmlu llum tgħinna nibnu futur aħjar.
Nirringrazzjaw minn qalbna lill-professjonisti kollha li taw il-kontribut tagħhom biex din l-attività tkun suċċess, kif ukoll lill-isponsors tagħna għall-appoġġ ġeneruż tagħhom.
Flimkien nistgħu nkomplu nqajmu l-għarfien u nispiraw aktar nies biex jadottaw stil ta' ħajja aktar b'saħħitha.
🇬🇧
🧠 World Brain Day 2026 | 22 July
Today, we celebrated Brain Day at Active Ageing and Community Care with a range of engaging activities aimed at promoting brain health.
Throughout the day, participants enjoyed:
🥣 A healthy breakfast to encourage nutritious eating.
🗣️ A session on practical strategies to support brain health and wellbeing.
💪 A session highlighting the importance of physical activity in maintaining a healthy brain.
💌 Interactive activities designed to raise awareness about brain health, including our Brain Health Pocket Notes, which spread positivity while encouraging simple brain-healthy habits that can be incorporated into everyday life.
Small lifestyle choices can make a significant difference. Eating a balanced diet, staying physically active, keeping socially connected, engaging in cognitive stimulation, and getting enough sleep all contribute to maintaining good brain health.
Let's work together to protect our brain health - because every healthy choice we make today helps build a healthier tomorrow.
A heartfelt thank you to all the professionals who contributed to making this event a success, and to our generous sponsors for their valued support.
Together, we can continue raising awareness and inspire healthier lifestyles.
Craft&Coffee For Charity
Proteinmalta.com
Benna (Malta Dairy Products Ltd.)
Maypole
| Anzjanità Attiva | Active Ageing and Community Care| Ian Borg | Deo Debattista | Renzo De Gabriele | Agius | Alex Gobey