01/06/2026
🇲🇹 Ġimgħa wara ġimgħa, l-inizjattiva Fish Fridays żaret skejjel primarji differenti biex twassal sessjonijiet edukattivi fejn l-istudenti ngħataw iċ-ċans li jduqu tipi differenti ta’ ħut.
Permezz ta’ dawn l-esperjenzi interattivi, it-tfal ġew esposti għal varjetà ta’ platti tal-ħut, filwaqt li tgħallmu dwar l-importanza ta’ dieta sana u bilanċjata.
Billi daqu, tgħallmu u esploraw togħmiet ġodda, l-istudenti ġew imħeġġa jwessgħu l-għażliet tal-ikel tagħhom u jifhmu aħjar il-benefiċċji ta’ meta jinkludu l-ħut fid-dieta tagħhom. Dan għen fil-bini ta’ drawwiet tajbin tal-ikel minn età bikrija. 🐟
Il-proġett pilota Fish Fridays issa wasal fi tmiemu b’suċċess kbir, u nħarsu ’l quddiem biex inkomplu b’din l-inizjattiva matul is-sena skolastika li ġejja.
🇬🇧 Fridays Are for Fish!
Taste. Discover. Enjoy. 🐟
Primary school students took part in Fish Fridays, a pilot initiative that introduced children to a variety of fish dishes through engaging tasting sessions held at school.
Through this experience, students had the opportunity to taste different types of fish, discover new flavours, and learn more about the importance of healthy, balanced eating. By encouraging children to try something new in a fun and supportive environment, Fish Fridays helped promote positive eating habits from an early age.
The Fish Fridays pilot project has now come to a successful close, and we look forward to continuing this initiative during the upcoming scholastic year. 🐟