Ħad-Dingli Local Council

Call Directions Website Contact the organisation

Ħad-Dingli Local Council Welcome to the official Ħad-Dingli Local Council page.

21456060 | [email protected] Iżda dar-raħal kien bin-nies ħafna qabel daż-żmien.

Ħad-Dingli huwa raħal żgħir fit-tarf ta’ Malta, 'il bogħod miċ-ċentru. Ftit taż-żmien ilu kien diffiċli li jivvjaġġaw minn lokalitajiet oħra f’Malta. Iżda llum minħabba l-progress Ħad-Dingli m’għadux maqtugħ għalih u l-popolazzjoni tiegħu kibret. Daqqa t’għajn tul l-istorja, lejn il-bidu taċ-ċiviltà f’Malta, turi li Ħad-Dingli saba ta’ vantaġġ li hu qrib ir-Rabat. Fil-fatt, minn żmien l-antik sa żmien il-Medju Evu, iċ-ċentru ta’ Malta ma kinitx il-Belt Valletta (Città Umilissima) imma l-ewwel ir-Rabat u wara l-Imdina (Città Notabile). Il-Kunsill Popolari li kien jiggverna l-Gżira kellu l-kwartieri tiegħu fir-Rabat. Għal ħafna snin, Ħad-Dingli kien ħaġa waħda mal-amministrazzjoni ċivili sew tar-Rabat kif ukoll tal-Imdina (Città Notabile). Dan ir-raħal kellu l-istess rappreżentanti, l-istess sindku u l-istess tabib. Qajla kont issib xi qassis li kien jaċċetta li jmur joqgħod f’Ħad-Dingli jew f’Ħal Tartarni – post li kien qabel Ħad-Dingli u li spiċċa biex ta postu lil Ħad-Dingli. Iżda meta l-Knisja Maltija bdiet il-proċess li taqsam il-Gżira f’parroċċi, il-lokalità ta’ Ħal Tartarni ma setgħetx tħalliha barra u kellu jinstab xi ħadd biex jerfa’ r-responsabbiltà tal-ħajja spiritwali tan-nies tar-raħal. Ħal Tartarni, li kien l-uniku qasam abitat, kien qrib il-foresta li għamel il-Gran Mastru Verdala fi tmiem is-seklu ħmistax. Kien hemm knisja żgħira dedikata lil Santa Domenika, li m’għadhiex teżisti.

Ħadd ma jaf għaliex il-popolazzjoni marret toqgħod tgħix fiż-żona ta’ Ħad-Dingli. Forsi dan kien ġej mill-fatt li l-familja nobbli Inguanez kellha biċċiet kbar ta’ art fl-inħawi. Il-bdiewa impjegati biex jaħdmu l-ghelieqi ta’ Inguanez sabuha tajjeb li jmorru joqogħdu f’Ħad-Dingli, hekk abbandunaw Ħal Tartarni. Dan il-perjodu jista’ jingħad li kien il-bidu ta’ dan il-villaġġ, magħruf għall-arja pura u nadifa tiegħu. Fi żminijiet preistoriċI kien hemm barrieri minfejn kienu jaqtgħu l-ġebel biex jibnu bihom f’partijiet oħra tal-gżira.Instabu fdalijiet li jmorru lura sa żmien il-Feniċi u l-Kartaġiniżi. Skoprew oqbra tal-blat li juru li kienu jaghmlu fihom l-irmied talmejtin meta kienu jaħarquhom u li jmorru lura sa 2,800 sena ilu. L-oqbra Feniċi u Kartaġiniżi kienu jintużaw ukoll mir-Rumani, li ġew Malta mas-sena 218 Q.K. F’Ħad-Dingli, m’hemmx distinzjoni ċara bejn perjodu ta’ żmien u ieħor. F’Għajn Ħandful, instabu banjijiet, pixxini u xi strumenti tal-perjodu Ruman. Ukoll fil-lokalita’ Ta’ Baldu, ftit il-bogħod minn Misraħ Suffara, huwa magħruf sew għall-Banjijiet Rumani li hemm fl-għerien. ll-ftit tagħrif li għandna fuq Ħal Tartarni jurina li ftit qabel ma ġiet l-Ordni f’Malta, l-abitanti tiegħu ma kinux aktar minn 300 ruħ. L-isem Dingli jista’ jkun ħej minn kunjom xi familji Maltin li kellhom l-art f’dawn l-inħawi. Dingli huwa post ħdejn il-baħar u huwa miżgħud b’għelieqi kkultivati, imma fl-istess ħin jinsab 300 metru ‘l fuq mill-baħar – l-ogħla post f’Malta. Hekk l-abitanti ma jġibux il-ħobżna ta’ kuljum mill-baħar, imma billi jaħdmu bil-għaqal l-għelieqi tagħhom. Fi żmien ta’ periklu, l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli kienu ta’ ġid għax il-furbani kienu jsibuha iebsa biex jixxabtu magħhom u hekk il-popolazzjoni kien ikollha ż-żmien biex jistaħbew. Fl-1530, l-Imperatur Karlu V ta lil Malta lill-Kavalieri ta’ San Ġwann bħala fewdu. Il-furbani kienu assedjaw u ħadu l' Għawdex fl-1551, u wara daru għal Malta. Intebħu li kien diffiċli li jinżlu l-art minn Ħad-Dingli, u saħansitra taw parir lill-furbani oħra biex jinżlux hawnhekk. L-unika teżor li kien jiddistingwi l-abitanti ta’ Ħad-Dingli kien id-devozzjoni lejn il-parroċċa tagħhom dedikata lil Marija Assunta. Fl-1678, il-villaġġ sar parroċċa bil-kappillan tiegħu. Dingli issa huwa raħal pittoresk li jħares ‘il quddiem b’fiduċja. Hemm sens ta’ benesseri, li wieħed ma setax jarah sa ftit taż-żmien ilu. Il-popolazzjoni żdiedet bi ħmistax-il darba ta’ kif kienet għal mijiet ta’ snin. L-istatistika li mal-mitt sena ilu, kien diffiċli li t-tfal imorru l-iskola. Iżda daż-żmien Ħad-Dingli jagħti eżempji ċari ta’ mobbilta’ soċjali. F’Ħad-Dingli twieldu diversi personalitajiet kbar li għamlu unur mhux biss lir-raħal twelidhom imma wkoll lill-Gżejjer Maltin. Fil-qasam letterarju, wieħed jista’ jsemmi lill-awturi famużi bħal pijunier tal-folklor Dun Xand Cortis u d-drammaturgu Francis Ebejer. Imwieled Ħad-Dingli huwa l-Patri Dumnikan Walter Ebejer li sar isqof fid-djoċesi tal-Brażil. Fil-qasam politiku, in-Nutar Ġuże’ Abela kien Ministru tajjeb tal-Finanzi, li kien rispettat minn kulħadd għal ġudizzju tiegħu u fuq kollox għall-integrita’ tiegħu. Daż-żmien il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli jistħoqqlu kliem ta’ tifħir u inkoraġġiment għall-għaqal, ħidma biex jippromwovi l-kultura u fuq kollox l-impenn sħiħ tiegħu biex isebbaħ il-lokalita’ sew moralment kif ukoll fiżikament. Il-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli huwa kompost minn:

Raymond Schembri - Sindku
Shawn Tanti - Segretarju Eżekuttiv
Sandro Azzopardi - Viċi Sindku
David Vassallo - Kunsillier
Paul Mamo - Kunsillier
Ryan Tanti - Kunsillier

Water Suspension Notification:We would like to inform you of a water service interruption that will be carried out in Ħa...
27/10/2026

Water Suspension Notification:

We would like to inform you of a water service interruption that will be carried out in Ħad-Dingli today between 10:00 and 12:30 due to Technical Issues.

The areas that will be affected are: whole of Ħad-Dingli.

27/10/2026
☎️21456060
26/10/2026

☎️21456060

Fadal 5 postijiet Biss. Grazzi ☎️21456060
26/10/2026

Fadal 5 postijiet Biss. Grazzi ☎️21456060

📢🚌 IBBUKKJA L-POST TIEGĦEK GĦALL-ĦARĠA LI JMISS! 🎉😍 Ingħaqdu magħna għal ġurnata sabiħa flimkien, b’atmosfera mill-isbaħ...
19/10/2026

📢🚌 IBBUKKJA L-POST TIEGĦEK GĦALL-ĦARĠA LI JMISS! 🎉

😍 Ingħaqdu magħna għal ġurnata sabiħa flimkien, b’atmosfera mill-isbaħ. Ikla ta' nofsinhar inkluza fil-prezz 🍽️

☎️21456060

Nota t’ informazzjoni:
19/10/2026

Nota t’ informazzjoni:

FADAL L-AĦĦAR FTIT POSTIJIET! ☎️21456060
18/10/2026

FADAL L-AĦĦAR FTIT POSTIJIET! ☎️21456060

Nota t’ informazzjoni: ġbir ta’ ħġieġ għar-riċiklaġġ.Nixtiequ navżaw lir-residenti li nhar l-Ġimgħa 16 ta' Ottubru 2026,...
15/10/2026

Nota t’ informazzjoni: ġbir ta’ ħġieġ għar-riċiklaġġ.
Nixtiequ navżaw lir-residenti li nhar l-Ġimgħa 16 ta' Ottubru 2026, ser issir il-ġabra tal-ħġieġ fis-6:30pm.
Grazzi tal-koperazzjoni.

Information Notice: Glass Recycling
We wish to inform our residents that next Friday, 16 th October 2026, glass will be collected at 6:30pm.
Thank you for your co-operation.

Enemalta Scheduled Downtime Updates
14/10/2026

Enemalta Scheduled Downtime Updates

Address

Ċentru Tal-Kommunita', Triq Is-Sienja
Ħad-Dingli
DGL1080

Opening Hours

Monday 08:00 - 12:00
14:00 - 16:00
Tuesday 08:00 - 12:00
14:00 - 16:00
Wednesday 08:00 - 12:00
Thursday 08:00 - 12:00
14:00 - 16:00
Friday 08:00 - 12:00
14:00 - 16:00
Saturday 08:00 - 11:00

Telephone

+35621456060

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Ħad-Dingli Local Council posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Ħad-Dingli Local Council:

Shortcuts

Share