05/06/2023
Nutar, nixtieq nersaq ghall-konvenju fuq propjeta’, x’ghandi bzonn?
Meta wiehed ikun iddecieda fuq propjeta’ illi jixtieq jixtri, l-ewwel pass huwa dak li jiffirma konvenju (promise of sale – weghda ta’ bejgh) bejnu u bejn il-persuna illi tkun qed tweghdu illi ha tbieghlu il-propjeta’ kkoncernata. It-tul tal-konvenju, illi huwa il-perjodu qabel ma jigi iffirmat il-kuntratt finali tal-bejgh, idum skond kemm jaqblu il-partijiet, pero generalment idum bejn 4-9 xhur; jiddependi il-kaz – u meta il-konvenju jikkoncerna propjeta’ illi ghada qed tinbena hafna drabi idum iktar.
Sabiex wiehed jersaq ghall-konvenju (fir-rigward tal-Kumpratur – il-parti illi ser tixtri il-propjeta’) wiehed ghandu bzonn jiehu dawn il-passi:
- In-Nutar ikollu bzonn dak li nghidulu l-akkwist tal-propjeta’ – il-kuntratt illi juri kif il-Venditur (il-parti illi ser tbiegh il-propjeta’) sar is-sid tal-propjeta’ ikkoncernata;
- F’kaz fejn il-propjeta’ intirtet, in-Nutar isaqsi ghall-Causa Mortis fir-rigward tal-propjeta’;
- Il-Kumpratur dejjem jaqbillu jiehu Perit fuq il-post qabel ma jiffirma il-konvenju halli jekk hemm xi xoghlijiet illi ghandhom isiru tul il-perjodu tal-konvenju, in-Nutar ikun jista’ jicarahom fil-konvenju u dawn iridu jsiru sa dakinhar illi jrid jigi iffirmat il-kuntratt finali tal-bejgh;
- Wiehed jista’ jipprovdi ukoll pjanta illi turi car il-propjeta’ sabiex in-Nutar ikun jista’ jannettieha mal-konvenju;
- Ghall-konvenju il-Kumpratur irid ikun lest bid-depozitu (10% tal-prezz tal-propjeta’) kif ukoll b’1% taxxa provizorja (1% taxxa fuq il-prezz tal-propjeta’). Din it-taxxa provizorja titnaqqas mit-taxxa totali illi wiehed irid ihallas fuq il-kuntratt finali tal-bejgh;
- Illum il-gurnata in-Nutar irid ukoll jiddetermina illi l-flus illi ser jintuzaw ghax-xiri tal-propjeta’ huma flus illi gew b’mod lecitu. Dan huwa rekwizit impost mill-FIAU fuq in-Nutar. Huwa tajjeb illi l-klijenti jikkoperaw man-Nutar fir-rigward ta’ dokumenti illi n-Nutar isaqsi ghalihom sabiex il-process ma jiehux fit-tul.
Hekk kif il-Konvenju jigi iffirmat bejn il-partijiet, in-Nutar jirregistrah mal-Commissioner for Revenue, ihallas it-taxxa provizorja u tul il-perjodu tal-konvenju in-Nutar jaghmel ir-ricerki u x-xoghol mehtieg sabiex il-partijiet ikunu jistghu jersqu ghall-kuntratt finali tal-bejgh.