Kunsill Lokali Ħal Luqa

Kunsill Lokali Ħal Luqa Din hija l-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa.

Start Date/Time09/09/2026 at 07:00End Date/Time09/09/2026 at 11:00Streets effected TRIQ GANNI VASSALLOTRIQ HAL TARXIENTR...
09/09/2026

Start Date/Time

09/09/2026 at 07:00

End Date/Time

09/09/2026 at 11:00

Streets effected

TRIQ GANNI VASSALLO
TRIQ HAL TARXIEN
TRIQ GUZEPP SALIBA
TRIQ IL- KUNSILL TA' L-EWROPA
TRIQ HAL TARXIEN
TRIQ KAN. GWANN BORG
TRIQ IL- KUNSILL TAL-EWROPA
TRIQ IL- KUNSILL TAL-EWROPA

07/09/2026

Infakkrukhom li nhar it-Tlieta 8 ta’ Settembru, Jum il-Vitorja, ser tinġabar il-borża tal-iskart imħallat bħas-soltu.

Nawguralkom il-festa t-tajba!

----

We remind you that on Tuesday 8th September, Victory Day, the mixed waste bag will be collected as usual.

We wish you a happy holiday!

Ġemellaġġ Storiku bejn Ħal Luqa u Gricignano di Aversa – Tiġdid ta’ Rabta ta’ Ħbiberija, Kultura u TradizzjoniIl-Kunsill...
31/08/2026

Ġemellaġġ Storiku bejn Ħal Luqa u Gricignano di Aversa – Tiġdid ta’ Rabta ta’ Ħbiberija, Kultura u Tradizzjoni

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa bi pjaċir iħabbar kapitlu ieħor importanti u storiku fir-relazzjonijiet bejn il-komunità Luqija u l-Belt ta’ Gricignano di Aversa, permezz tat-tiġdid tal-ftehim ta’ Ġemellaġġ bejn iż-żewġ komunitajiet.

Din hija ġrajja memorabbli li l-bidu tagħha jmur lura madwar ħmistax-il sena u li matul is-snin kompliet issaħħaħ ir-rabtiet ta’ ħbiberija, kultura, fidi u tradizzjoni bejn iż-żewġ lokalitajiet.

Iċ-ċerimonja tat-tiġdid tal-Ġemellaġġ saret f’Gricignano di Aversa, waqt iż-żjara tad-delegazzjoni Maltija fl-okkażjoni tal-festa patronali tal-lokalità. Matul iċ-ċerimonja, is-Sindku ta’ Ħal Luqa, is-Sur John Schembri, kien mistieden mis-Sindku ta’ Gricignano di Aversa, id-Dott. Vittorio Lettieri, sabiex iwassal messaġġ fl-okkażjoni tal-festa kif ukoll dwar it-tifsira ta’ dan il-ftehim ta’ Ġemellaġġ bejn iż-żewġ komunitajiet.

F’mument ta’ sinifikat partikolari, is-Sindku Schembri għażel li jwassal il-messaġġ tiegħu mhux biss bil-lingwa Taljana, iżda wkoll bil-lingwa Maltija, filwaqt li esprima l-kburija tiegħu bħala Malti u bħala Luqi. Dan il-ġest intlaqa’ b’merħba kbira u b’applaws minn dawk kollha preżenti.

Fil-messaġġ tiegħu ġie enfasizzat li dan il-Ġemellaġġ imur lil hinn minn sempliċi ftehim formali. Huwa impenn biex iż-żewġ komunitajiet ikomplu jaqsmu l-għarfien, il-kultura u l-esperjenzi tagħhom, isaħħu r-rabtiet ta’ ħbiberija u, fuq kollox, iħarsu u jippromwovu l-fidi u t-tradizzjonijiet li għalihom huma magħrufa kemm Ħal Luqa kif ukoll Gricignano di Aversa.

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa jirringrazzja lil dawk kollha li taw is-sostenn tagħhom sabiex matul dawn l-aħħar xhur seta’ jitwettaq dan il-pass importanti, b’mod speċjali lill-membri tal-Kumitat tal-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament, li kienu parti integrali minn din l-okkażjoni.

Ringrazzjament speċjali jmur lis-Sindku ta’ Ħal Luqa, is-Sur John Schembri, lill-Kappillan, ir-Rev. Kan. Michael Zammit, u lir-Rev. Dun Louis Farrugia għall-impenn u l-kontribut tagħhom.
Fuq kollox, il-Kunsill jesprimi ringrazzjament sinċier lill-ħbieb tagħna minn Gricignano di Aversa, b’mod partikolari lis-Sindku Dott. Vittorio Lettieri u lill-membri tal-Kumitat tal-Festa għall-merħba straordinarja u mill-qalb li taw lid-delegazzjoni Luqija waqt il-festa patronali tagħhom.

It-tiġdid ta’ dan il-Ġemellaġġ huwa xhieda tar-rabta b’saħħitha li nbniet matul is-snin u tal-impenn komuni li din ir-relazzjoni tkompli tikber u tiżviluppa għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Ħal Luqa u Gricignano di Aversa huma żewġ komunitajiet b’identità distinta iżda magħqudin minn valuri komuni – il-kultura, il-fidi, it-tradizzjoni, il-ħbiberija u s-sens qawwi ta’ komunità.

Dan huwa kapitlu ieħor li se jibqa’ mnaqqax b’ittri tad-deheb fl-istorja taż-żewġ komunitajiet.

🐷🎉 MAJJALATA F’ĦAL FARRUĠ! 🎉🐷B’risq il-Festa tal-Vitorja f’Ħal Farruġ, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa qiegħed jistieden ...
24/08/2026

🐷🎉 MAJJALATA F’ĦAL FARRUĠ! 🎉🐷

B’risq il-Festa tal-Vitorja f’Ħal Farruġ, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa qiegħed jistieden lir-residenti kollha għal serata ta’ divertiment u atmosfera mill-isbaħ! 🎶✨

📅 Is-Sibt, 5 ta’ Settembru 2026
🕢 Mis-7.15pm ’il quddiem
📍 Quddiem il-Kappella ta’ Ħal Farruġ

Matul is-serata ser ikollna Majjalata 🐷🔥 flimkien ma’ spettaklu mużikali bis-sehem ta’ diversi kantanti minn Future Voices Students and Choir, kif ukoll:

🎤 Iona & Marija Bellia Acoustic Duo
🎤 Matthew & Keira Farrugia

Nistednukom tingħaqdu magħna għal lejla sabiħa fil-qalba ta’ Ħal Farruġ, b’mużika, ikel u atmosfera ta’ festa! ❤️🎶

Biljetti: Kunsill Lokali Ħal Luqa jew mis-Sur Twanny Pace - Kappella tal-Vitorja Ħal Farruġ.

Niltaqgħu! 🇲🇹

🎉 LUQA SAJF FEST 2026! ☀️🎶Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa jistieden lill-familja kollha għal serata mimlija divertiment, ...
05/08/2026

🎉 LUQA SAJF FEST 2026! ☀️🎶

Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa jistieden lill-familja kollha għal serata mimlija divertiment, mużika u attivitajiet għal kulħadd!

📅 Is-Sibt, 22 ta' Awwissu 2026
🕢 Mis-7:30 p.m. 'il quddiem
📍 Misraħ Sant' Andrija, Ħal Luqa

Matul il-lejla se tgawdu minn programm varjat bis-sehem ta':
🎸 Southbeat Rock Band
🎤 Jonibke u Lydon flimkien ma' Domnic Cini
🎭 Dario Bezzina ft. Żeppi l-Muni
💃 Dancing Feet Studio
🎨 Sessjonijiet ta' pittura għat-tfal minn Joanne Fenech Portelli u Audrey Mercieca

U bis-sehem ukoll ta':
• Community Police
• Soċjetà Filarmonika l-Unjoni
• Għaqda Mużikali "Sant' Andrija"
• Luqa Baden Powell Air Scout Group
• Luqa Shooters Club
• Luqa St Andrews F.C.
• SKENE

✨ Garanzija ta' divertiment għall-familja kollha!

📣 Ħallu d-data vojta u ejjew ingawdu flimkien lejla sabiħa fil-qalba ta' Ħal Luqa. Inħeġġukom taqsmu dan il-post sabiex jasal għand kemm jista' jkun nies.

Narawkom! 💙💛

29/07/2026

🩺 Saħħtek tiġi l-ewwel!

Il-Cancer Research and Innovation Hub Malta, qed jistieden lir-residenti kollha ta' Ħal Luqa biex jieħdu vantaġġ minn testijiet tas-saħħa bla ħlas.

📅 L-Erbgħa, 5 ta' Awwissu 2026
🕘 Quddiem il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Luqa
Ħin: 8 am - 12 pm

Din hija opportunità tajba biex tagħmel kontroll tas-saħħa u tieħu ħsieb il-benesseri tiegħek.

📢 Inħeġġuk tagħmel użu minn dan is-servizz.

☀️ LUQA SAJF FEST 2026 ☀️Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa għandu l-pjaċir jistieden lill-pubbliku għal Luqa SAJF FEST 2026...
27/07/2026

☀️ LUQA SAJF FEST 2026 ☀️

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa għandu l-pjaċir jistieden lill-pubbliku għal Luqa SAJF FEST 2026, li ser isir nhar is-Sibt 22 ta’ Awwissu 2026, mis-7.30pm ’il quddiem, fi Pjazza Sant’Andrija, Ħal Luqa.

Ser tkun serata mimlija divertiment u attivitajiet għall-familja kollha, bil-parteċipazzjoni ta’ diversi għaqdiet tal-lokal li flimkien ser jagħtu ħajja lill-pjazza tagħna.

📢 Il-programm dettaljat tal-attività jitħabbar aktar t**d din il-ġimgħa.

🔹 Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa qed jistieden lill-għaqdiet kollha li huma interessati jieħdu sehem f’din l-attività sabiex jattendu għal-laqgħa ta’ koordinazzjoni li ser issir:

📅 It-Tlieta 28 ta’ Lulju 2026
🕕 Fis-6.00pm
📍 Fit-3 sular tal-binja tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa

Inħeġġukom tingħaqdu magħna għal lejla ta’ mużika, divertiment u atmosfera tas-sajf fil-qalba ta’ Ħal Luqa! 🌴🎶🎉

⚠️ Avviż ta' Qtugħ fil-Provvista tad-Dawl – Ħal LuqaNixtiequ ninfurmaw lir-residenti li nhar il-Ħadd, 12 ta' Lulju 2026,...
08/07/2026

⚠️ Avviż ta' Qtugħ fil-Provvista tad-Dawl – Ħal Luqa

Nixtiequ ninfurmaw lir-residenti li nhar il-Ħadd, 12 ta' Lulju 2026, ser isir qtugħ skedat fil-provvista tad-dawl bejn it-8:00 a.m. u nofsinhar (12:00 p.m.).

It-toroq affettwati huma:

• Triq l-Astun Iswed
• Triq id-Daqquqa Kahla
• Triq il-Biedja
• Triq Dr Francesco Debono
• Triq il-Qasam Sperimentali
• Triq Ħal Luqa
• Triq l-Inġiered
• Triq Ħal Farruġ
• Triq Ħal Qormi
• Triq il-Vjolin Ħadrani
• Triq Wied il-Kbir
• Triq l-Isturnell Roża
• Triq San Vinċenz de Paola

Nirrakkomandaw lir-residenti f'dawn l-inħawi jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa u jippjanaw kif xieraq.

Nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni u niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.

Sejħa lill-artisti tal-lokalita` biex jipparteċipaw waqt l-attivita` annwali tal-“Luqa Sajf Fest 2026” . Opportunita` sa...
08/07/2026

Sejħa lill-artisti tal-lokalita` biex jipparteċipaw waqt l-attivita` annwali tal-“Luqa Sajf Fest 2026” . Opportunita` sabiħa biex l-artisti jaqsmu t-talenti tagħhom mal-komunita`.

Kull min hu interessat jista' jirreġistra l-kunsill permezz ta’ telefonata - 21665533 jew email [email protected]

Calling all local artists! Join us in celebrating “Luqa Sajf Fest 2026” by showcasing your talent. This is a wonderful opportunity to contribute to our community and share your artistic talent.

If you’re interested in participating, please register with the council by calling 21665533 or emailing [email protected]

Ġemellaġġ bejn Ħal Luqa u Gricignano di Aversa 🇮🇹Matul il-Festa ta' Sant'Andrija f'Ħal Luqa ġie ffirmat uffiċjalment il-...
08/07/2026

Ġemellaġġ bejn Ħal Luqa u Gricignano di Aversa 🇮🇹

Matul il-Festa ta' Sant'Andrija f'Ħal Luqa ġie ffirmat uffiċjalment il-Ġemellaġġ bejn Ħal Luqa u Gricignano di Aversa, żewġ komunitajiet marbuta b'rabta qawwija ta' fidi u devozzjoni lejn Sant'Andrija Appostlu.

Dan il-Ġemellaġġ għandu l-għan li jsaħħaħ il-ħbiberija bejn iż-żewġ lokalitajiet u jkompli jkabbar l-għarfien u l-apprezzament tal-kultura, il-fidi u t-tradizzjonijiet komuni li jgħaqqduna.

Inħarsu 'l quddiem sabiex, lejn l-aħħar ta' Awwissu, delegazzjoni minn Ħal Luqa tattendi l-festi ta' Gricignano di Aversa, u b'hekk tkompli tissaħħaħ din ir-relazzjoni ta' rispett u koperazzjoni.

L-iffirmar sar minn:

• Is-Sindku, f'isem il-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa;
• Stefan Mamo - Rettur tal-Fratellanza u Neil Zammit, Segretarju tal-Fratellanza;
• Il-Kappillan, f'isem il-Parroċċa ta' Ħal Luqa;
• Il-President tal-Associazione i Portatori di Sant'Andrea Apostolo, f'isem l-assoċjazzjoni Taljana.

Nawguraw li dan il-Ġemellaġġ ikun il-bidu ta' ħafna inizjattivi u skambji kulturali li jkomplu jgħaqqdu lill-popli tagħna għal ħafna snin li ġejjin.

Viva Sant'Andrija Appostlu! 💙💛

Address

Civic Centre, 174, New Street
Ħal Luqa
LQA1774

Opening Hours

Monday 08:00 - 14:00
Tuesday 08:00 - 14:00
Wednesday 08:00 - 14:00
Thursday 08:00 - 14:00
Friday 08:00 - 14:00
Saturday 08:00 - 11:00

Telephone

+35621665533

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kunsill Lokali Ħal Luqa posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Kunsill Lokali Ħal Luqa:

Share