Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ

Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ Il-Paġna Uffiċjali tal-Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ.

Il-Kunsill Lokali jawgura l-Festa t-Tajba lir-residenti kollha ta' Ħal Muxi li llum qed jiċċelebraw il-Festa ta' Santa M...
15/08/2026

Il-Kunsill Lokali jawgura l-Festa t-Tajba lir-residenti kollha ta' Ħal Muxi li llum qed jiċċelebraw il-Festa ta' Santa Marija.

Grazzi lill-kumitat u voluntiera li jaħdmu sabiex iżommu din il-festa ħajja f'Ħaż-Żebbuġ.

Santa Marija Ta’ Ħal Muxi Ħaż-Żebbuġ

🎶 Ingħaqdu magħna għall-Lejla Sajfija flimkien ma' Spiteri Lucas Band fuq ir-roundabout fi Triq Sciortino nhar il-Ġimgħa...
07/08/2026

🎶 Ingħaqdu magħna għall-Lejla Sajfija flimkien ma' Spiteri Lucas Band fuq ir-roundabout fi Triq Sciortino nhar il-Ġimgħa 28 ta' Awwissu fis-7pm. Mistiedna speċjali; Nicole Frendo, Corazon Mizzi u Neville Refalo.

🔗  https://forms.gle/2bwmKyc8Kc8smm2H6🎬 Lejla taċ-Ċinema għat-Tfal📅 Data: 19 ta' Awwissu 2026🕢 Ħin: 7:30 p.m. puntwali📍 ...
06/08/2026

🔗 https://forms.gle/2bwmKyc8Kc8smm2H6

🎬 Lejla taċ-Ċinema għat-Tfal

📅 Data: 19 ta' Awwissu 2026

🕢 Ħin: 7:30 p.m. puntwali

📍 Post: Ġnien L-Indipendenza

🎥 Film: The Wild Robot

💶 Ħlas tad-Dħul: €5 għal kull tifel jew tifla

🎟️ Kull biljett jinkludi:

🎬 Dħul għall-film
🍿 Popcorn B'XEJN
🥤 Xarba B'XEJN

🪑 Jekk jogħġbok ġib miegħek:

Kutra
Kuxxin jew siġġu tal-kampeġġ

❤️ Kulħadd Merħba!

📝 Reġistrazzjoni
Ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja.
Kull tifel jew tifla għandu jkollu biljett.
Il-post ikun ikkonfermat biss wara li jsir il-ħlas.
Organizzat minn

Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ
📞 Kuntatt: 2146 8181

It-tindif u qtugħ ta' ħaxix minn naħa tal-Kunsill Lokali fiż-żewġ artijiet bejn Triq Emanuele Cilia u Triq Profs Anthony...
05/08/2026

It-tindif u qtugħ ta' ħaxix minn naħa tal-Kunsill Lokali fiż-żewġ artijiet bejn Triq Emanuele Cilia u Triq Profs Anthony Zammit huwa konkluż. Inġabar u tneħħa ammont sostanzjali ta' terrapien, skart goff u ħmieġ ieħor mgħormi.
Ninnutaw li l-biċċa l-kbira ta' vetturi abbandunati tneħħew ukoll. Infakkru lil dawk li fadal biex jobdu l-avviż tal-awtoritajiet tal-pulizija.
Nappellaw lir-residenti biex jgħinuna iżommu ż-żona nadifa.

💡 Il-Kunsill Lokali installa sett ta’ 4 arbli tad-dawl ġodda b’fanali dekorattivi f'Misraħ l-Isptar.
04/08/2026

💡 Il-Kunsill Lokali installa sett ta’ 4 arbli tad-dawl ġodda b’fanali dekorattivi f'Misraħ l-Isptar.

03/08/2026

Sabiex ir-residenti ikunu mgħarrfa;

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ mhuwiex l-awtorità responsabbli għall-ħruġ ta’ permessi ta’ encroachments jew platforms, u lanqas għat-tpoġġija tal-imwejjed u siggijiet fuq il-bankini.
Lanqas għandu s-setgħa legali li jinforza, iħarrek jew jiżgombra.

L-uniku permessi li jinħarġu mingħandna huma dawk il-permessi għall-one time event, per eżempju waqt xi festa jew attivita kulturali.

Il-permessi ta’ platforms u konċessjonijiet fuq il-bankini jinħarġu mill-awtoritajiet ikkonċernati; Planning Authority, LANDS u Malta Tourism Authority.

Fl-opinjoni tagħna la darba dawn iz-zoni mhumiex pedonali, ma għandhomx jitpoġġew imwejjed u siġġijiet fuq barra, la fuq il-bankina u qas fit-triq.
Qed jinħoloq kunflitt u xkiel meta imwejjed u siġġijiet jitressqu u jostakolaw l-aċċessibbiltà għall-mixi apparti raġunijiet ta' sigurtà u anke sfidi oħrajn li bdejna niltaqgħu magħhom; per eżempju waqt l-armar tal-festi u anke l-ħruq tan-nar tal-art fl-istess pjazza.

Sabiex inkunu ċari u l-messaġġ ma jkunx suġġett għal ebda interpretazzjoni: il-Kunsill ipoġġi l-interessi tar-residenti u tal-komunità l-ewwel, iżda nitolbu li kull awtorità għandha tassumi r-responsabbiltà tagħha, twiżżen b’serjeta l-ġid komuni qabel interessi kummerċjali u tinforza l-liġijiet meta hemm irregolaritajiet.

Dan l-aġġornament ġie diskuss u approvat waqt il-laqgħa tal-Kunsill li sar nhar il-Ħamis, 30 ta’ Lulju 2026.

🌈 Qawsalla Kuluri - Grazzi lill-ġenituri talli kitbu lit-tfal tagħhom għall-ewwel edizzjoni ta' Qawsalla Kuluri fi Ġnien...
02/08/2026

🌈 Qawsalla Kuluri - Grazzi lill-ġenituri talli kitbu lit-tfal tagħhom għall-ewwel edizzjoni ta' Qawsalla Kuluri fi Ġnien l-Indipendenza organizzat mill-Kunsill Lokali.
It-tfal kellhom iċ-ċans ipinġu, ipittru, jilgħabu u jaqraw kotba. Grazzi għar-rispons tajjeb ħafna se norganizzaw ieħor fil-futur qarib.

🚴‍♂️ Għada nħar il-Ħadd 2 ta' Awwissu fi Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ bejn 6:00am u 09:00am.Tfal bir-roti taħt 12-il sena ...
01/08/2026

🚴‍♂️ Għada nħar il-Ħadd 2 ta' Awwissu fi Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ bejn 6:00am u 09:00am.

Tfal bir-roti taħt 12-il sena jitħallew wara 8.00am.

Din l-inizzjativa tippromovi l-użu tar-roti għas-sport u rikreazzjoni .

Transport Malta

🚧 Nhar l-Erbgħa 5 ta' Awwissu bejn 3-7pm se ssir tindif fl-art vakanti fi Triq Emanuele Cilia kantuniera ma' Triq Ambroġ...
01/08/2026

🚧 Nhar l-Erbgħa 5 ta' Awwissu bejn 3-7pm se ssir tindif fl-art vakanti fi Triq Emanuele Cilia kantuniera ma' Triq Ambroġġ Buttiġieġ.
Sabiex issir tindif kif suppost ġentilment mitluba li bejn dawn il-ħinijiet ma jitħallewx vetturi pparkjati hawnhekk. Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

01/08/2026

9 Kunsilli Lokali jsejħu għal diskussjoni nazzjonali dwar l-istorbju mill-istabbilimenti

Illum ninstabu hawn aħna bħala rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali ta’ Ħ'Attard, Ħal-Balzan, ir-Rabat, is-Siġġiewi, l-Iklin, il-Mosta, Ħal-Lija, Ħaż-Żebbuġ u l-Imtarfa bi l-għan li forsi sa fl-aħħar, problema li ilha timpatta b’mod mill-aktar negattiv il-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti tal-lokalitajiet tagħna tibda tiġi ndirizzata.

Huwa fatt raġunat li r-residenti jistennew li meta jkunu f’darhom, ikollhom l-opportunita’ li jgawdu ħin ta’ kwiet u mistrieħ.
Jistennew li f’darhom jistgħu jiksbu serħan mill-istorbju li
huwa karatteristiku u normali f’postijiet pubbliċi.

Naturalment huwa ugwalment mingħajr dubju l-fatt li pajjiżna jeħtieġ ekonomija vibranti li tinkludi l-qasam ta’ l-entertainment. Aħna la qatt konna nemmnu u qas qatt ma’ nistgħu naqblu ma’ sitwazzjoni fejn f’pajjiżna ma’ jkunx hemm lok ta’ postijiet ta’ entertainment.

Imma huwa ċar li jeħtieġ li naraw li jkollna bilanċ li filwaqt li jirrispetta d-dritt ta’ dawn l-istabbilimenti li jikbru kummerċjaliment u jattiraw aktar klijenti, ma’ jagħmlux dan a’ skapitu tas-serenita’ u s-saħħa mentali tar-residenti.

Huwa inaċċettabli li f’pajjiżna għandna sitwazzjoni fejn il-liġijiet huma arkajiċi u allura bl-ebda mod ma’ jindirizzaw ir-realajiet tal-llum. Liġijiet li ma’ jgħatu ebda saħħa lill-forzi ta’ l-ordni jew li huma tant vagi li huma diffiċli ħafna sabiex jiġu implimentati.

Ħa nkunu ċari, ħalli ma’ jkunx hemm min jilgħab bid-diskors. It-tħassib tagħna ġej minn użu fuq bażi regolari u sistematiku ta’ apparat ta’ sound li ġimgħa wara l-oħra jikkawża probelmi
serji lir-residenti. Bl-ebda mod ma’ rridu niġu interpretati bħala li qegħdin nipprovaw noħolqu restrizzjonijiet fuq tradizzjonijiet li jsawwru l-identita’ tal-bliet u rħula li aħna nirrapreżentaw għaliex dan assolutament mhuwiex il-każ.

Jekk nħarsu barra min xtutna, jeżistu klabbs, diskoteki u stabbilimenti oħra li jagħmlu użu mill-mużika amplifikata fuq bażi regolari. Imma jeżistu wkoll obbligi legali ta’ passi li jridu jittieħdu sabiex tali użu bl-ebda mod ma’ jfixxkel lil ħaddieħor.

L-appell tagħna huwa sabiex minnufih tinfetaħ diskussjoni nazzjonali dwar dan is-suġġett sabiex nifhmu x’miżuri jista’ jadotta pajjiżna sabiex niksbu bilanċ fejn kulħadd jista’ jopera
mingħajr ma’ jxekkel il-paċi ta’ ħaddieħor. Dan mhuwiex xi appell politiku partiġġjan; dan huwa mqanqal li għandu biss bħala mottiv li sa fl-aħħar ir-residenti tal-lokalitajiet tagħna ma’ jibqawx jum wara l-ieħor, weekend wara l-ieħor vittmi tal-anarkija legali li għandna bħalissa fejn jidħol dan il-qasam.

Jekk naħdmu flimkien u jekk l-istakeholders jinġiebu kollha flimkien m’għandna ebda dubbju li jista’ jintlaħaq bilanċ li jsolvi din il-problema. Nisperaw li dan l-appell ġenwin tagħna ma’ jaqax fuq widnejn torrox, u ninstabu disposti li naħdmu id f’id sabiex jinstabu soluzzjonijiet fattibli u effettivi.

Address

Triq Frans Sammut
Ħaz-Zebbug

Opening Hours

Monday 08:30 - 12:00
13:30 - 15:00
Tuesday 08:30 - 12:00
13:30 - 15:00
Wednesday 08:30 - 12:00
13:30 - 15:00
Thursday 08:30 - 12:00
13:30 - 15:00
Friday 08:30 - 12:00
13:30 - 15:00
Saturday 08:00 - 11:00

Telephone

+35621468181

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ:

Share