15/10/2026
🇲🇹 Il-pulizija arrestat raġel b’rabta ma’ omiċidju u feriment ta’ żewġ persuni fl-Imqabba.
Għall-ħabta ta’ 1445hrs, il-pulizija ġiet infurmata li kien hemm argument familjari, ġewwa residenza, fejn malli waslu fuq il-post, il-pulizija sabu raġel ta’ 74 sena bi ġrieħi serji, ikkawżati minn arma li taqta’ u bil-ponta, filwaqt li fis-sular ta’ fuq sabu mara ta’ 72 sena bla ħajja u b’diversi feriti f’ġisimha.
Investigazzjoni rrizultaw li ż-żewġ persuni kienu allegatament aggrediti minn raġel ta’ 47 sena li kien ħarab minn fuq il-post. Fi ftit ħin, il-pulizija sabet l-allegat aggressur, li ġie arrestat ġewwa s-Siġġiewi wara li intervjena negozjatur imħarreġ tal-pulizija.
Il-Maġistrat Dr Renata Farrugia LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
🇬🇧 The police arrested a man in connection with a homicide and the injuring of another person in Mqabba.
At around 2:45pm, the police were informed of a family dispute at a residence. Upon arriving at the scene, officers found a 74-year-old man suffering from serious injuries caused by a sharp and pointed weapon. On the upper floor of the residence, officers found a 72-year-old woman lifeless, with multiple wounds to her body.
Investigations revealed that the two victims had allegedly been attacked by a 47-year-old man who had fled the scene. Shortly afterwards, the police located the alleged aggressor, who was arrested in Siġġiewi following the intervention of a trained police negotiator.
Magistrate Dr Renata Farrugia LL.D. was informed of the case and appointed an inquiry, while Police investigations are ongoing.