Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara

Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara Il-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara Hemm ukoll ħjilijiet tal-qagħda tal-bniedem fiż-żminijiet Puniċi u Rumani.

Fdalijiet arkeoloġiċi jixhdu li n-nies ilha tgħammar fl-inħawi ta’ Birkirkara ta’ llum sa mill-ewwel żminijiet tal-bniedem f’dawn il-gżejjer, jiġifieri fi żmien il-kultura li ħallitilna dawk il-monumenti uniċi li huma t-Tempji Megalitiċi u li kienet għebet inspjegabbilment lejn nofs it-tielet millennju Q.K. Aktarx li l-oriġini ta’ Birkirkara ta’ żmienna, bħal tal-irħula antiki l-oħra ta’ Malta tmu

r lura lejn is-seklu ħdax wara li l-gżira kienet ġiet ripopolata wara xi 200 sena minn meta kienet għaddiet taħt l-Għarab Aghlabiti mit-Tunisija. Meta mbagħad lejn nofs is-seklu tnax Malta reġgħet għaddiet fl-isfera Ewropea permezz tan-Normanni u qawwiet oħra li kienu jaħkmu wkoll Sqallija, Birkirkara messha wkoll sehem minn dak li għaddiet minnu l-gżira f’dawk iż-żminijiet fewdali, sa ma fl-1530, Malta ngħatat mir-Re ta’ Spanja lill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Sa din l-aħħar sena Birkirkara kienet stabbiliet ruħha bħala wieħed mill-ewlenin irħula u l-aktar popolati tal-gżejjer, hekk li fih u fil-limiti estensivi ta’ madwaru twaqqfet waħda mill-ewwel cappellae jew parroċċi f’Malta. Minkejja li l-Kavallieri ġabu ċerta sigurtà u eventwalment prosperità f’dawn il-gżejjer, Birkirkara kienet sfat imħarbta kemm fl-inkursjoni kbira ta’ Dirghut Rais (1551) u fil-magħruf Assedju l-Kbir (1565). Iżda meta kull ma jmur l-Ordni beda jġib ruħu b’mod aktar awtokratiku mal-Maltin naraw fost l-oħrajn nies ta’ karattru bħal Dun Filippu Borg, kappillan ta’ Birkirkara, li jagħmel ħiltu biex jipprova jirristabbilixxi d-drittijiet tal-Maltin u li waqqaf l-ewwel Kolleġġjata (1630) bil-għan li jipprova joħloq enklavi b’ċerta awtonomija. Il-prosperità relattiva tas-sekli sbatax u tmintax ġabet żieda fil-popolazzjoni u ċerta kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Karkariżi wkoll, u ż-żieda fil-popolazzjoni tat lok għat-twaqqif ta’ parroċċi oħra fi rħula oħra fil-limiti ta’ Birkirkara. Dan kien rifless ukoll fil-bini ta’ żewħ knejjes parrokkjali, it-tnejn ġawhriet tal-arkitettura Maltija tal-perjodu tagħhom: il-Knisja l-Qadima u l-Kolleġġjata u Bażilika ta’ Santa Liena. Il-Karkariżi, taħt it-tmexxija tal-kumpatrijott Vincenzo Borg (Brared) taw sehem qawwi fir-reżistenza tal-Maltin kontra l-invażuri Franċiżi (1798-1800) u magħhom ukoll għaddiet mill-inżul u t-tlajja’ matul il-preżenza fostna tas-superpotenza Ingliża (1800-1964). Biżżejjed wieħed jifktakar f’dak li għaddiet minnu fit-Tieni Gwerra Dinjija, meta għalkemm ma sofrietx wisq mill-ħbit mill-ajru, kellha hi wkoll il-vittmi tagħha, laqgħet fiha eluf ta’ refuġjati mill-inħawi l-aktar milquta ta’ madwar il-portijiet, kif ukoll it-teżori sagri u artistiċi ta’ uħud mill-knejjes tagħhom. Kienu stabbiliti fiha sptarijiet u uffiċċji tal-amministrazzjoni governattiva hekk li kienet bdiet tissejjaħ: Malta’s emergency capital. Birkirkara llum nistgħu ngħidu li hija parti mill-konurbazzjoni ta’ madwar il-portijiet ewlenin u hija l-lokalità bl-akbar għadd ta’ popolazzjoni, b’żewġ oqsma industrijali u l-isptar ewlieni tal-gżira fil-periferija tagħha u għadd ta’ stabbilimenti u negozji privati oħra. Ghal iktar informazjoni - http://birkirkaralocalcouncil.com/

INAWGURAZZJONI TAR-RESTAWR TAL-KAMPNAR TAL-VITORJA 🔔✨Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara bi pjaċir jistedinkom għall-inawgu...
08/09/2026

INAWGURAZZJONI TAR-RESTAWR TAL-KAMPNAR TAL-VITORJA 🔔✨

Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara bi pjaċir jistedinkom għall-inawgurazzjoni tar-restawr tal-Kampnar tal-Vitorja.

📅 Il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru 2026
📍 Triq il-Vitorja, Ħas-Sajjed, Birkirkara
🕢 Fis-7:30pm

Dan il-proġett ta’ restawr huwa pass importanti biex inkomplu nħarsu u nippreservaw il-wirt storiku u kulturali tal-komunità tagħna għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Nistednukom tingħaqdu magħna f’din l-okkażjoni speċjali u niċċelebraw flimkien din l-okkażjoni importanti għalina l-Karkariżi!

Is-Sindku, Dr Desirei Grech, flimkien mal-Kunsillera, is-segretarju tal-eżekuttiv u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill lokali...
08/09/2026

Is-Sindku, Dr Desirei Grech, flimkien mal-Kunsillera, is-segretarju tal-eżekuttiv u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill lokali ta' Birkirkara jawguraw lil kulħadd il-festa t-tajba!

🌧️ Issa li dħalna f'Settembru u bħal dan iż-żmien tkun mistennija l-ewwel maltempata, il-kunsill qiegħed idur il-culvert...
07/09/2026

🌧️ Issa li dħalna f'Settembru u bħal dan iż-żmien tkun mistennija l-ewwel maltempata, il-kunsill qiegħed idur il-culverts fid-diversi toroq madwar Birkirkara sabiex jitnaddfu u jkunu jistgħu jilqgħu l-ilma tax-xita li jaf jinżel qliel.

📢 INTERESSAT TIKSEB AKTAR GĦARFIEN DWAR IT-TAXXA FUQ ID-DĦUL PERSONALI? 💶It-taxxa tista’ tidher kumplessa… imma mhux bil...
05/09/2026

📢 INTERESSAT TIKSEB AKTAR GĦARFIEN DWAR IT-TAXXA FUQ ID-DĦUL PERSONALI? 💶

It-taxxa tista’ tidher kumplessa… imma mhux bilfors trid tkun! 😊

Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, f’kollaborazzjoni mad- Dipartiment tat-Taxxa, qed jorganizza Sessjoni Edukattiva dwar it-Taxxa fuq id-Dħul Personali.

💬 Sessjoni informattiva, prattika u miftuħa għall-mistoqsijiet tiegħek!

📅 Data:8 T' Ottubru 20226
🕐 Ħin: 9 am
📍 Post: Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara

👉 Ħu l-opportunità biex tifhem aħjar it-taxxa tiegħek u tkun aktar infurmat dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħek.

🎟️Dħul bla ħlas – kulħadd mistieden! 🙌

📞Irreġistra l-interess tieghak fuq 21442626

📢 INTERESTED IN LEARNING MORE ABOUT PERSONAL INCOME TAX? 💶

Tax can seem complicated… but it doesn’t have to be! 😊

The Birkirkara Local Council, in collaboration with the Tax Department, is organising an Educational Session on Personal Income Tax.

💬 An informative, practical session where you can ask questions and gain a better understanding of your tax obligations!

📅 Date: 8 October 2026
🕐 Time: 9:00 am
📍 Venue: Birkirkara Local Council

👉 Take this opportunity to better understand your tax and become more informed about your rights and obligations as a taxpayer.

🎟️ Free admission – everyone is welcome! 🙌

📞 Register your interest on: 2144 2626

🇲Enemalta se twettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u titjib fuq in-netwerk tal-elettriku li jistgħu jwasslu għal qtugħ tem...
04/09/2026

🇲Enemalta se twettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u titjib fuq in-netwerk tal-elettriku li jistgħu jwasslu għal qtugħ temporanju tal-provvista f’ċerti toroq. Dawn ix-xogħlijiet huma meħtieġa biex jiġi żgurat servizz sigur u affidabbli u jitnaqqas ir-riskju ta’ qtugħ mhux ippjanat. Għal għajnuna, ċemplu 8007 2224 jew irreġistraw għan-notifiki b’xejn bl-email/SMS ta’ Enemalta.
🇬Enemalta will be carrying out maintenance and upgrade works on the electricity network, which may result in temporary power interruptions in certain streets. These works are necessary to ensure a safe and reliable electricity supply and to reduce the risk of unplanned outages. For assistance, call 8007 2224 or subscribe to Enemalta’s free Email/SMS notification service.
Start Date/Time 06/09/2026 at 07:00
End Date/Time 06/09/2026 at 16:00
Streets effected

TRIQ KALCIDON GATT
TRIQ DUN GEJTANU MANNARINO
TRIQ L- IMSIDA
TRIQ IL- VITTMI TAL-GWERRA
TRIQ PARIS
TRIQ L- IMSIDA

Start Date/Time 06/09/2026 at 07:00
End Date/Time 06/09/2026 at 16:00

Streets effected

TRIQ IL- VITTMI TAL-GWERRA
TRIQ PARIS
TRIQ TAL- QATTUS
TRIQ L- IMSIDA

Start Date/Time 04/09/2026 at 08:00
End Date/Time 04/09/2026 at 13:00

Streets effected

TRIQ L- EWWEL TA' MEJJU
TRIQ IZ- ZUGRAGA
TRIQ A. CUSCHIERI
TRIQ IL- VLONTIN
TRIQ IL- VLONTIN
TRIQ FLEUR-DE-LYS
TRIQ MADRE MARIA THERESA SPINELLI

Start Date/Time 06/09/2026 at 07:00
End Date/Time 06/09/2026 at 16:00

Streets effected

TRIQ L- IMSIDA

💦 🧹 Il-kunsill lokali ta' Birkirkara jaċċerta li t-tindif fit-toroq u f'ħafna żoni madwar Birkirkara jibqa' jsir b'mod r...
04/09/2026

💦 🧹 Il-kunsill lokali ta' Birkirkara jaċċerta li t-tindif fit-toroq u f'ħafna żoni madwar Birkirkara jibqa' jsir b'mod regolari u anke żdiedu l-ħaddiema bħala kenniesa għax rajna li d-domanda dejjem kienet qiegħda tikber.

Filwaqt li l-ħaddiema tal-kunsill qed jagħmlu xogħolhom biex ikollna Birkirkara aktar nadifa, nappellaw lilkom ir-residenti sabiex tagħmlu d-dmir tagħkom u wkoll tħallu dawn it-toroq u zoni nodfa sabiex kulħadd igawdi minn ambjent san u nadif!

🏆 Is-Sindku, Dr Desirei Grech iltaqgħet ukoll ma' Emma Scerri li qed tipparteċipa fil-konkors ta' sbuħija Miss Internati...
03/09/2026

🏆 Is-Sindku, Dr Desirei Grech iltaqgħet ukoll ma' Emma Scerri li qed tipparteċipa fil-konkors ta' sbuħija Miss International, fejn bħala adoloxxent qed tirrappreżenta l-lokalità ta' Birkirkara.

Bħala poplu Karkariż nistgħu nagħtu s-sapport tagħna billi nibagħtu Sms fuq 50614040 u tiktbu Miss International Birkirkara Teen.

Awguri Emma għal din l-avventura! ❤️

🫶Is-Sindku, Dr Desirei Grech iltaqgħet mat-tfajla Leyann, parteċipanta fil-konkors tas-sbuħija Junior Miss International...
03/09/2026

🫶Is-Sindku, Dr Desirei Grech iltaqgħet mat-tfajla Leyann, parteċipanta fil-konkors tas-sbuħija Junior Miss International, fejn qed tirrappreżenta l-lokalità ta' Birkirkara.

Inħeġġukom tagħtu s-sapport tagħkom billi tibagħtu Sms fuq 50614040 u tiktbu Junior Miss Birkirkara! ❤️

🇲📢 Avviż Importanti – Xogħlijiet fi Triq Dun Gejtano MannarinoNixtiequ ninfurmaw lir-residenti u lill-pubbliku li ser ji...
24/08/2026

🇲📢 Avviż Importanti – Xogħlijiet fi Triq Dun Gejtano Mannarino

Nixtiequ ninfurmaw lir-residenti u lill-pubbliku li ser jibdew xogħlijiet ta’ infrastruttura fi Triq Dun Gejtano Mannarino.

Ix-xogħlijiet ser jinkludu:
🔌 Installazzjoni ta’ cables ġodda tad-dawl
💧 Titjib u installazzjoni ta’ servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ mill-Water Services Corporation (WSC)
🛣️ Fl-aħħar nett, wiċċ ġdid asfaltat għat-triq, li ilu tant meħtieġ.

Kif mistenni, dawn ix-xogħlijiet ser jieħdu ftit taż-żmien u jistgħu ikunu ta inkonvenjent. Għaldaqstant, nappellaw għall-koperazzjoni u l-paċenzja tar-residenti kif ukoll tas-sewwieqa.
Nitolbu lil kulħadd biex isegwi s-sinjali ta’ devjazzjoni u l-istruzzjonijiet li jkunu fis-seħħ matul ix-xogħlijiet, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru b’mod sigur u effiċjenti.
🙏 Grazzi bil-quddiem tal-koperazzjoni tagħkom.
Dawn ix-xogħlijiet jirrappreżentaw pass importanti lejn triq aktar sigura, b'infrastruttura u b’wiċċ ġdid, għall-ġid tal-komunità kollha tagħna.

🇬📢 Important Notice – Works on Dun Gejtano Mannarino Street*

We would like to inform residents and the general public that infrastructure works will be commencing on Dun Gejtano Mannarino Street.

The works will include:
🔌 Installation of new electricity cables
💧 Improvement and installation of water and drainage services by the Water Services Corporation (WSC)
🛣️ Finally, the road will be resurfaced with a new asphalt surface, which has been much needed for some time.

As expected, these works will take some time to complete and may cause some temporary inconvenience. We therefore appeal for the cooperation and patience of residents and motorists.
We kindly ask everyone to follow the diversion signs and instructions in place throughout the works, so that the works can be carried out safely and efficiently.
🙏 Thank you in advance for your cooperation and understanding.
These works represent an important step towards a safer road, improved infrastructure and a new road surface, for the benefit of our entire community.

Illum il-poplu Karkariż jiċċelebra l-festa ad unur il-patruna tagħna Sant'Elena. Il-kunsill lokali ta' Birkirkara għalhe...
23/08/2026

Illum il-poplu Karkariż jiċċelebra l-festa ad unur il-patruna tagħna Sant'Elena. Il-kunsill lokali ta' Birkirkara għalhekk ippreżenta bukkett ta' fjuri quddiem il-vara maestuża ta' Santa Liena fil-Bażilika ta' Santa Liena, u wkoll bukkett fjuri ieħor quddiem il-monument li jfakkar il-ħajja ta' ħafna pirotekniċi li ħallew din id-dinja sabiex iwasslulna spettaklu tal-logħob tan-nar.

Il-kumplament tal-festa t-tajba lir-residenti Karkariżi kollha.

Address

Kunsill Lokali Birkirkara, Centru Civiku, It-Tieni Sular, Triq Tumas Fenech, Birkirkara BKR 2527
Birkirkara
BKR2527

Opening Hours

Monday 07:30 - 15:30
Tuesday 07:30 - 15:30
Wednesday 07:30 - 15:30
Thursday 07:30 - 15:30
Friday 07:30 - 15:30
Saturday 08:00 - 11:30

Telephone

+35621442626

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara:

Shortcuts

Share