Kunsill Lokali Birżebbuġa

Kunsill Lokali Birżebbuġa Is-sliem u merħba fil-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa. Merħba fil-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa.

Din il-paġna hija għodda sabiex tikber il-komunikazzjoni bejn il-Kunsill u l-komunita.

07/09/2026
🇲🇹 Il-Kunsill Lokali għamel pressjoni fuq Enemalta dwar l-istat li jinsab fih dan il-pont. Min-naħa tagħha, Enemalta wie...
05/09/2026

🇲🇹 Il-Kunsill Lokali għamel pressjoni fuq Enemalta dwar l-istat li jinsab fih dan il-pont. Min-naħa tagħha, Enemalta wiegħdet li se twettaq ix-xogħlijiet meħtieġa sabiex jitnaqqas il-periklu.

🇬🇧 The Local Council is continuing to pressure Enemalta relating to the state of this structure. Enemalta has agreed to carry out works required to remove dangers coming from this structure.

🇲🇹 Il-Kunsill Lokali approva r-rapport dwar Jum Birżebbuġa, li jinkludi l-premjijiet kollha li se jingħataw dakinhar. Ju...
05/09/2026

🇲🇹 Il-Kunsill Lokali approva r-rapport dwar Jum Birżebbuġa, li jinkludi l-premjijiet kollha li se jingħataw dakinhar. Jum Birżebbuġa se jsir nhar is-16 ta’ Settembru.

🇬🇧 The Local Council has approved the report relating to Jum Birżebbuġa including the awards to be given on the day. Jum Birżebbuġa will be held on the 16th September.

🇲🇹 Il-Kunsill Lokali approva r-rapport finanzjarju għall-ewwel nofs tas-sena, li juri surplus ta’ €34,624.🇬🇧 The Local C...
04/09/2026

🇲🇹 Il-Kunsill Lokali approva r-rapport finanzjarju għall-ewwel nofs tas-sena, li juri surplus ta’ €34,624.

🇬🇧 The Local Council has approved the financial report for the first half of the year. These include a surplus of €34,624.

Ejjew inżommu l-bajjiet tagħna nodfa! 🌿🌊Il-Birżebbuġa Local Council, b’kollaborazzjoni mal-Malta Tamil Association, qed ...
04/09/2026

Ejjew inżommu l-bajjiet tagħna nodfa! 🌿🌊

Il-Birżebbuġa Local Council, b’kollaborazzjoni mal-Malta Tamil Association, qed jistieden lill-komunità biex tingħaqad f’attività ta’ Beach Cleaning f’Wied il-Buni, Birżebbuġa. 💚

📅 Il-Ħadd, 6 ta’ Settembru
⏰ 7:00am
📍 Wied il-Buni, Birżebbuġa

Kull ġest żgħir jagħmel differenza kbira! 🌱
Ejja ningħaqdu flimkien biex inżommu l-ambjent tagħna aktar nadif, aktar sabiħ u aktar b’saħħtu għal kulħadd. 💙🌍

Kunsill Lokali Birżebbuġa

🇲🇹 Il-Kunsill Lokali qed ikompli jagħmel pressjoni fuq il-kuntrattur sabiex ix-xogħlijiet f’din iż-żona jitlestew mill-a...
03/09/2026

🇲🇹 Il-Kunsill Lokali qed ikompli jagħmel pressjoni fuq il-kuntrattur sabiex ix-xogħlijiet f’din iż-żona jitlestew mill-aktar fis possibbli. Sadattant, il-Kunsill Lokali se jkun qed iħejji l-proċess ta’ akkwist għal għamara ġdida għal din iż-żona, fosthom bankijiet u laned taż-żibel ġodda.

🇬🇧 The Local Council is continuing to pressure the contractor working in the area to finalise the works as soon as possible. In the meantime the Local Council has started the process to purchase new benches and bins for the area.

🇲🇹 L-art tal-ġnien fi Triq Santa Katerina ngħatat lill-Kunsill Lokali sabiex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa...
03/09/2026

🇲🇹 L-art tal-ġnien fi Triq Santa Katerina ngħatat lill-Kunsill Lokali sabiex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa biex dan il-ġnien jiġi riġenerat u jerġa’ jibda jitgawda mill-pubbliku. Din l-art ingħatat lill-Kunsill Lokali b’titolu ta’ ħames snin, li sussegwentement jiġi mġedded.

🇬🇧 The land for the garden in Triq Santa Katerina has been passed on to the Local Council allowing for the works on the garden to start. The land has been granted to the Local Council for five years which will then need to be renewed.

Start Date/Time: 03/09/2026 at 06:30 End Date/Time: 03/09/2026 at 11:00Streets effected MISRAH HAMILKAR BARKATRIQ IL- PR...
02/09/2026

Start Date/Time: 03/09/2026 at 06:30
End Date/Time: 03/09/2026 at 11:00

Streets effected

MISRAH HAMILKAR BARKA
TRIQ IL- PROGRESS
TRIQ SAN FILIPPU
TRIQ TAL- GURGIER
TRIQ IS- SEBH
TRIQ SAN PATRIZJU
TRIQ ALESSANDRU
TRIQ SWOR GRACE THEUMA
TRIQ IS- SEBH

🇲🇹 Ir-rikostruzzjoni ta’ Triq iż-Żurrieq bdiet mill-parti ta’ ħdejn l-eks Sugar and Spice sa Triq San Ġwann. L-ewwel xog...
02/09/2026

🇲🇹 Ir-rikostruzzjoni ta’ Triq iż-Żurrieq bdiet mill-parti ta’ ħdejn l-eks Sugar and Spice sa Triq San Ġwann. L-ewwel xogħlijiet se jinkludu t-tibdil tal-mains tal-ilma, segwiti mit-tibdil tal-main tad-drenaġġ f’din iż-żona.

🇬🇧 The reconstruction of Triq iż-Żurrieq has started from near the old Sugar and Spice shop to Triq San Ġwann. The works will include rebuilding of the water mains and folled by the drainage in this area.

Seduta numru 33 tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa. 📝Nhar il-Ħamis 27 ta' Awwissu 2026, saret seduta tal-Kunsill Lokali Birże...
01/09/2026

Seduta numru 33 tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa. 📝

Nhar il-Ħamis 27 ta' Awwissu 2026, saret seduta tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa fejn fiha ġew diskussi diversi punti.
• Preżenti għas-seduta:
Scott Camilleri Bilocca - Sindku
Josette Busuttil - Viċi Sindku
Alexander Caruana Maria Mifsud Ivan Abela Grech Karel Zahra Rohasia Zammit Darren Debono - Kunsilliera
Jordy Brincat - Segretarju Eżekuttiv

• Assenti:
Johann Borg - Kunsillier

>Triq iż-Żurrieq:
Ir-rikostruzzjoni ta’ Triq iż-Żurrieq se tibda mill-parti ta’ ħdejn l-eks Sugar and Spice sa Triq San Ġwann. L-ewwel xogħlijiet se jinkludu t-tibdil tal-mains tal-ilma, segwiti mit-tibdil tal-main tad-drenaġġ f’din iż-żona.

>Rotta 82A:
Waqt li jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet fi Triq iż-Żurrieq, ir-Rotta 82A se tkompli topera. Matul l-ewwel fażi tax-xogħlijiet, ir-rotta se tgħaddi minn wara l-knisja u terġa’ tinżel minn Triq il-31 ta’ Marzu.

>Ġnien fi Triq Santa Katerina:
L-art tal-ġnien fi Triq Santa Katerina ngħatat lill-Kunsill Lokali sabiex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa biex dan il-ġnien jiġi riġenerat u jerġa’ jibda jitgawda mill-pubbliku. Din l-art ingħatat lill-Kunsill Lokali b’titolu ta’ ħames snin, li sussegwentement jiġi mġedded.

>Promenade tal-Qajjenza:
Il-Kunsill Lokali qed ikompli jagħmel pressjoni fuq il-kuntrattur sabiex ix-xogħlijiet f’din iż-żona jitlestew mill-aktar fis possibbli. Sadattant, il-Kunsill Lokali se jkun qed iħejji l-proċess ta’ akkwist għal għamara ġdida għal din iż-żona, fosthom bankijiet u laned taż-żibel ġodda.

>Ħamiem:
Il-Kunsill Lokali għadu qed jistenna risposta mingħand il-Gvern Ċentrali dwar il-kwistjoni tal-ħamiem. Is-soluzzjoni proposta fil-bidu tas-sena trid tgħaddi minn proċess parlamentari qabel ma tkun tista’ tiġi implimentata.

>Rapport Finanzjarju:
Il-Kunsill Lokali approva r-rapport finanzjarju għall-ewwel nofs tas-sena, li juri surplus ta’ €34,624.

>Rapport dwar Jum Birżebbuġa:
Il-Kunsill Lokali approva r-rapport dwar Jum Birżebbuġa, li jinkludi l-premjijiet kollha li se jingħataw dakinhar. Jum Birżebbuġa se jsir nhar is-16 ta’ Settembru.

>Pont tax-Xell:
Il-Kunsill Lokali għamel pressjoni fuq Enemalta dwar l-istat li jinsab fih dan il-pont. Min-naħa tagħha, Enemalta wiegħdet li se twettaq ix-xogħlijiet meħtieġa sabiex jitnaqqas il-periklu.

> Is-seduta ġiet aġġornata għal nhar it-Tlieta 29 ta’ Settembru 2026, fil-17:30.

Kunsill Lokali Birżebbuġa

Address

Triq Santa Marija
Birzebbuga
BBG1651

Opening Hours

Monday 08:00 - 12:00
12:45 - 14:00
Tuesday 08:00 - 12:00
12:45 - 14:00
Wednesday 08:00 - 12:00
12:45 - 14:00
Thursday 08:00 - 12:00
12:45 - 14:00
Friday 08:00 - 12:00
12:45 - 14:00
Saturday 08:00 - 11:00

Telephone

+35621650165

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kunsill Lokali Birżebbuġa posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Kunsill Lokali Birżebbuġa:

Shortcuts

Share