Kultura

Kultura Din il-paġna hija l-paġna tal-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali

Din il-paġna hija l-paġna tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, Arti u Gvern Lokali

05/09/2026

Infetaħ is-separju… instemgħu l-ewwel noti… Dar il-Mediterran imtliet bl-emozzjoni, u hekk beda staġun ieħor tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

27/08/2026

🎼 L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tniedi l-Istaġun Sinfoniku 2026-2027 🎼

25/08/2026

Kemm jekk ġejjin mill-kamp tal-mużika, arti viżiva jew dik performattiva, qatt indunajt li investiment fl-artist huwa investiment fik? 🎭 🎶🎨

🎭🎨 **€1.24 miljun f’investiment fi 32 proġett artistiku u teatrali**Tħabbru r-riżultati ta’ żewġ skemi ta’ finanzjament ...
25/08/2026

🎭🎨 **€1.24 miljun f’investiment fi 32 proġett artistiku u teatrali**

Tħabbru r-riżultati ta’ żewġ skemi ta’ finanzjament immexxija mill-Kunsill Malti għall-Arti, b’investiment dirett fl-artisti, il-professjonisti kreattivi u l-organizzazzjonijiet kulturali.

🔹 **€800,000** se jiġu investiti fi 23 proġett permezz tal-Iskema tal-Appoġġ għall-Arti
🔹 **€440,000** se jappoġġjaw 9 proġetti permezz tal-Iskema l-ġdida ta’ Appoġġ għall-Produzzjonijiet Teatrali

L-investiment, li oriġinarjament kien ippjanat għal €1 miljun, żdied għal **€1.24 miljun** wara l-kwalità u l-potenzjal b’saħħtu tal-applikazzjonijiet.

Aktar investiment fil-kultura jfisser aktar opportunitajiet għall-artisti, aktar produzzjonijiet ta’ kwalità u aktar esperjenzi kulturali għall-pubbliku. 🇲🇹

15/08/2026

Taf x’inhi eżatt l-istorja wara ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Santa Marija?

Il-festa t-tajba!

Jirritorna l-Valletta Pageant of the Seas fil-Port il-Kbir 🌊 L-Valletta Cultural Agency fi ħdan il-Ministeru għall-Arti,...
17/07/2026

Jirritorna l-Valletta Pageant of the Seas fil-Port il-Kbir 🌊

L-Valletta Cultural Agency fi ħdan il-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali, se terġa' ttella’ l-Valletta Pageant of the Seas nhar il-Ġimgħa 24 ta' Lulju 2026, u se tittrasforma l-Port il-Kbir fil-Belt Valletta f'palk għal wieħed mill-avvenimenti kulturali ewlenin tas-sajf.

L-avveniment jibda fit-8:00pm f’Xatt il-Barrieri (Ta’ Liesse).

MaltaGov | Visit Malta | Malcolm Paul Agius Galea

Infetħu n-nominazzjonijiet għall-Premju għall-Arti 2026!L-edizzjoni tal-2026 se tirrikonoxxi xogħlijiet artistiċi, proġe...
14/07/2026

Infetħu n-nominazzjonijiet għall-Premju għall-Arti 2026!

L-edizzjoni tal-2026 se tirrikonoxxi xogħlijiet artistiċi, proġetti, produzzjonijiet, inizjattivi u kisbiet li ġew ippreżentati lill-pubbliku matul il-perjodu ta’ eliġibbiltà. Dawn jinkludu xogħlijiet artistiċi, programmi, wirjiet, produzzjonijiet teatrali, pubblikazzjonijiet, screenings u attivitajiet artistiċi oħra li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bejn l-1 ta’ Settembru 2025 u l-31 ta’ Awwissu 2026.

Aqra aktar hawn taħt 👇🏻

https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2026/07/11/PR261162.aspx

🎶 Jinfetħu uffiċjalment l-applikazzjonijiet ta’ Mużika Mużika 2027! L-applikazzjonijiet għal Mużika Mużika issa huma uff...
13/07/2026

🎶 Jinfetħu uffiċjalment l-applikazzjonijiet ta’ Mużika Mużika 2027!

L-applikazzjonijiet għal Mużika Mużika issa huma uffiċjalment miftuħa, u b’hekk qed jingħata bidu għall-vjaġġ lejn is-seba’ edizzjoni tal-festival, li se tittella’ bejn il-11 u t-13 ta’ Marzu 2027.

Matul l-istess ċerimonja ġew ippreżentati wkoll it-trofej lill-artisti rebbieħa tas-sitt edizzjoni ta’ Mużika Mużika.

Festivals Malta |

13/07/2026

Dan is-sajf, jirritorna l-Valletta Pageant of the Seas 2026 fl-24 ta’ Lulju, fit-8pm. Spettaklu grandjuż fuq il-baħar fil-Port il-Kbir: dawl, mużika, funtani, lasers u piroteknika. Għix din l-esperjenza unika mix-Xatt f'Ta Liesse biex tkun fil-qalba tal-azzjoni!

Il-Valletta Pageant of the Seas 2026, huwa organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, bl-appoġġ ta’ Visit Malta.

Visit Malta
Kultura

L-Aġenzija Nazzjonali għall-Arti Performattiva (NAPA) llum immarkat mument importanti fl-iżvilupp tagħha hekk kif ġiet u...
08/07/2026

L-Aġenzija Nazzjonali għall-Arti Performattiva (NAPA) llum immarkat mument importanti fl-iżvilupp tagħha hekk kif ġiet uffiċjalment assenjata l-binja tal-eks Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, li se tiġi trasformata f’Ċentru nazzjonali ddedikat għall-ħolqien, il-kollaborazzjoni u l-iżvilupp tal-arti performattiva f’Malta mmexxi mill-istess entità.

L-iffirmar tal-ftehim sar mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Ramon Deguara u l-Mro Dominic Galea f’isem l-Aġenzija NAPA fil-preżenza tal-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici u l-Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali Malcolm Paul Agius Galea.

Address

Birzebbuga

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kultura posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share