Ruth A. Antoncich - Notary Public & Commissioner for Oaths

Ruth A. Antoncich - Notary Public & Commissioner for Oaths ⚖️ Nutar Pubbliku maħtura fl-2010 | Uffiċċju f’Birżebbuġa
⚖️ Notary Public appointed in 2010 | Office in Birżebbuġa
📞 99280609

Dr. Ruth Antoncich was appointed Notary Public & Commissioner for Oaths in 2010. She set up her private practice and operates from an office in Birżebbuġa, Malta. Dr Ruth Antoncich inħatret Nutar Pubbliku & Kummissarju għall-Ġuramenti fl-2010. Hi waqqfet il-prattika privata tagħha u topera minn uffiċċju f'Birżebbuġa, Malta.

📄⚖️ AFFIDAVITS – X’jista’ jagħmel in-Nutar?“Tista’ tgħidli x’għandi nikteb fl-affidavit?”Le. Affidavit huwa d-dikjarazzj...
09/09/2026

📄⚖️ AFFIDAVITS – X’jista’ jagħmel in-Nutar?

“Tista’ tgħidli x’għandi nikteb fl-affidavit?”

Le. Affidavit huwa d-dikjarazzjoni tiegħek, magħmul taħt ġurament. In-Nutar jista’ jgħinek biex dak li inti tixtieq tiddikjara jitniżżel b’mod ċar, jamministra l-ġurament u jawtentika l-firma tiegħek. Iżda n-Nutar ma jistax jgħidlek x’fatti għandek tinkludi, x’verżjoni għandek tagħti jew x’għandek tgħid sabiex issaħħaħ il-każ tiegħek.

Bl-istess mod, mhuwiex ir-rwol tan-Nutar li jinvestiga jew jivverifika jekk il-fatti li qed tiddikjara humiex minnhom. Ir-responsabbiltà għall-kontenut tal-affidavit u għall-veraċità ta’ dak li jiġi ddikjarat tibqa’ tal-persuna li tkun qed tagħmel id-dikjarazzjoni taħt ġurament.

Jekk l-affidavit huwa relatat ma’ kawża, tilwima jew proċeduri legali, għandek tkellem lill-avukat tiegħek dwar x’inhu rilevanti għall-każ tiegħek.

Ftakar: affidavit mhuwiex sempliċi dikjarazzjoni — dak li qed tiddikjara qed tikkonfermah bil-ġurament.

⚖️ Il-fatti huma tiegħek. In-Nutar jibqa’ imparzjali.

17/08/2026

⚖️ Nutar jew Avukat? X’inhi d-differenza?

Mistoqsija li nisma spiss: “Imma n-nutar u l-avukat mhux l-istess?” 😊

Le, għalkemm it-tnejn jaħdmu fil-qasam tal-liġi, għandhom xogħol differenti.

👩‍⚖️ L-avukat qiegħed hemm biex jagħtik parir, jiddefendi l-interessi tiegħek u, fejn ikun hemm bżonn, jirrappreżentak quddiem il-Qorti.

📜 In-nutar ma jiħux naħa. Irid ikun imparzjali u jara li dak li qed jiġi ffirmat ikun skont il-liġi u ċar għall-partijiet kollha.

Pereżempju, għand in-nutar tmur meta tkun ser:

🏠 tixtri jew tbigħ proprjetà
📜 tagħmel testment
👨‍👩‍👧‍👦 tittratta wirt
🎁 tagħmel donazzjoni
💍 tagħmel kuntratt taż-żwieġ

L-aktar mod sempliċi biex tiftakar id-differenza?

👉 L-avukat qiegħed hemm għalik u jiddefendi l-interessi tiegħek.
👉 In-nutar qiegħed hemm għall-att jew kuntratt u jrid jibqa’ imparzjali.

U f’ċerti każijiet jista’ jkollok bżonn tat-tnejn. 😊⚖️

04/08/2026

💶 "Għaliex in-Nutar jistaqsini minn fejn ġejjin il-flus?"..."Għaliex għandek bżonn il-bank statements tiegħi?"..."Imma dawn x'għandhom x'jaqsmu max-xiri ta' propjeta?"

Dawn huma mistoqsijiet li nisma' ta' spiss imma t-tweġiba hija waħda sempliċi: għax il-liġi tobbligani nistaqsi.

Bħala Nutar, għandi obbligu legali li nagħmel ċerti verifiki qabel isiru ċerti tranżazzjonijiet. Waħda minnhom hija li nifhem minn fejn ġejjin il-flus li qed jintużaw.

Jista' jkun li ġejjin minn:
✔️ Tfaddil
✔️ Salarju
✔️ Self bankarju
✔️ Bejgħ ta' proprjetà
✔️ Wirt
✔️ Donazzjoni

F'ċerti każijiet, ikolli nitlob ukoll dokumenti li jikkonfermaw dan.

Mhux għax ma nafdakx jew għax jien kurjuża. Anzi, dawn il-verifiki huma meħtieġa bil-liġi biex jipproteġu t-tranżazzjoni, lill-partijiet kollha involuti u s-sistema finanzjarja.

Għalhekk, id-darba li jmiss nistaqsik minn fejn ġejjin il-flus, tkun taf li mhux qed nagħmel hekk biex indejqek... qed nagħmel xogħli kif titlob il-liġi 😊

24/07/2026

🇲🇹 Mitluba tinnotaw li tneħħiet it-Taqsima Ċ tal-formola tal-applikazzjoni għal-Liċenzja Ġenerali tal-Kaċċa tal-Għasafar, li qabel kienet teħtieġ ċertifikazzjoni minn avukat jew nutar. L-applikanti m’għadx għandhom bżonn dikjarazzjoni legali jew verifika tal-identità minn avukat jew nutar.

L-applikanti jeħtieġ biss jimlew u jiffirmaw il-formola tal-kunsens tal-WBRU (https://mcusercontent.com/11004210ed1fb38ddc59ab780/files/8ac35262-1512-2a8a-6ac1-fea837bb894a/Consent_Form_cro_finali..pdf) u jissottomettuha mal-applikazzjoni tagħhom lil MaltaPost.

***********************************************************************
🇬🇧 Kindly note that Section C of the General Trapping Licence application form, which previously required certification by a lawyer or notary, has been removed. Applicants no longer need a legal declaration or identity verification from a lawyer or notary.

Applicants need only to complete and sign the WBRU consent form (https://mcusercontent.com/11004210ed1fb38ddc59ab780/files/8ac35262-1512-2a8a-6ac1-fea837bb894a/Consent_Form_cro_finali..pdf) and submit it with their application to MaltaPost.

19/05/2026

📍Kanċellament ta’ Ipoteki wara li jkun sar l-ħlas kollhu tad-dejn dovut.

Jekk is-self mal-bank fuq il-propjeta tiegħek tħallas kompletament, tinsiex tirranġa għall-kanċellament tal-ipoteka rreġistrata fuq il-proprjetà tiegħek.

Ħafna sidien ta' proprjetà mhumiex konxji li anke wara li jħallsu s-self tagħhom, l-ipoteka tibqa' rreġistrata sakemm tiġi kkanċellata formalment permezz ta' proċess notarili u kuntratt.

✅ X’għandek tagħmel:
• Ikseb ittra ta' kanċellament mill-fergħa tal-bank tiegħek;
• Informa lin-Nutar tiegħek sabiex isiru l-arranġamenti neċessarji u jiġi ppubblikat l-att ta' kanċellament mal-bank;
• Il-klijent m'għandux għalfejn jidher fuq l-att għaliex huwa l-bank (bħala Kreditur) biss li għandu bżonn jgħati l-kunsens għal kanċellament tal-ipoteka rreġistrata mar-Reġistru Pubbliku.

✅ Għaliex dan huwa importanti?
• Jiżgura li t-titlu tal-proprjetà tiegħek ikun ċar;
• Jevita kumplikazzjonijiet meta tbiegħ jew tittrasferixxi proprjetà;
• Jipprevjeni dewmien bla bżonn fi tranżazzjonijiet futuri.

*English Translation in Comments*

Wieħed mill-aktar aspetti importanti — u bla dubju wieħed mill-aktar interessanti — fix-xogħol ta’ Nutar huwa t-tħejjija...
28/04/2026

Wieħed mill-aktar aspetti importanti — u bla dubju wieħed mill-aktar interessanti — fix-xogħol ta’ Nutar huwa t-tħejjija u l-ġbir tar-riċerki🔍📚

Ir-riċerki ma jsirux biss meta tinbiegħ proprjetà jew meta trid tiġi stabbilita suċċessjoni — jistgħu jsiru wkoll waħedhom kull meta xi ħadd ikollu bżonn jivverifika informazzjoni legali dwar persuna jew proprjetà immobbli.

Dan ifisser li jiġu ċċekkjati r-rekords fir-Reġistru Pubbliku u fir-Reġistru tal-Artijiet, jiġu riveduti trasferimenti li saru, djun, ċnus, reġistrazzjonijiet tal-qorti, u anke riċerki testamentarji għal testmenti pubbliċi u sigrieti.

Dawn ir-riċerki jgħinu biex tiġi skoperta l-istampa legali sħiħa wara proprjetà jew persuna, u jagħtu lill-klijenti serħan tal-moħħ, kif ukoll jgħinu biex jiġu evitati kumplikazzjonijiet aktar t**d.

Huwa d-dettall wara l-kwinti li jagħmel id-differenza kollha 👌

**English translation in comments**

Address

2, G. Galizia Street
Birzebbugia

Opening Hours

Tuesday 09:00 - 18:00
Wednesday 09:00 - 18:00
Friday 09:00 - 18:00

Telephone

+35699280609

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Ruth A. Antoncich - Notary Public & Commissioner for Oaths posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Ruth A. Antoncich - Notary Public & Commissioner for Oaths:

Shortcuts

Share

Category