07/09/2026
Il-Kunsill Lokali Għajnsielem jesprimi s-sogħba kbira tiegħu għat-telfa tas-Sur Spiro Cauchi, 90, rebbieħ tal-Premju Ġieħ Għajnsielem fl-2002.
Spiru Cauchi, imwieled fl-20 ta’ Settembru 1935 f’Għajnsielem, huwa mużiċist, kantant u personalità magħrufa f’Għawdex li jdoqq diversi strumenti fosthom il-vjolin, il-klarinett, il-chitarra, u l-akordjin. Tul il-karriera twila tiegħu, huwa daqq ma’ diversi orkestri f’Malta u f’Għawdex, akkumpanja kantanti famużi bħal Tony Dallara u Orietta Berti, u kien parti minn gruppi popolari bħall-Gozo Musketeers. Barra mill-kontribut artistiku u l-passjoni tiegħu għall-mużika Taljana u t-table-tennis, Spiru kien attiv fil-Banda San Ġużepp ta’ Għajnsielem mill-1966 bħala klarinettest (fejn baqa attiv sal-aħħar fejn probabilment kien l-ixjaħ bandist f'Malta u Għawdex) u serva wkoll bħala President bejn l-2005 u l-2006. Huwa ġie onorat mill-Kunsill Lokali bil-Premju Ġieħ Għajnsielem fit-8 ta' Diċembru 2002. Fil-Covid-19 huwa uża t-talenti mużikali tiegħu sabiex jferraħ kemm online u anke mill-gallerija tiegħu fi Pjazza Indipendenza. Baqa sal-aħħar ġranet ta' ħajtu jżur lil anzjani u morda u matul l-aħħar ġranet tiegħu l-sptar huwa wkoll baqa jallegra lil pazjenti preżenti permzz tal-pjanu u l-accordion.
Nirringrazzjawh tas-servizz u l-kontribut tiegħu lejn il-lokalità tagħna matul is-snin.
Kondoljanzi lil familja kollha.
Strieħ fis-Sliem Spiro!
---------------------------
🇬🇧
The Għajnsielem Local Council expresses its deep sorrow over the passing of Mr. Spiro Cauchi, 90, winner of the Ġieħ Għajnsielem Award in 2022.
Spiro Cauchi, born on September 20, 1935, in Għajnsielem, was a musician, singer, and well-known personality in Gozo who played several instruments, including the violin, clarinet, guitar, and accordion. Throughout his long career, he played with various orchestras in Malta and Gozo, accompanied famous singers such as Tony Dallara and Orietta Berti, and was part of popular groups like the Gozo Musketeers. Apart from his artistic contribution and passion for Italian music and table tennis, Spiro was active in the St. Joseph Band of Għajnsielem from 1966 as a clarinetist (where he remained active until the end, likely making him the oldest band member in Malta and Gozo) and also served as President between 2005 and 2006. He was honored by the Local Council with the Ġieħ Għajnsielem Award on December 8, 2022. During Covid-19, he used his musical talents to bring joy both online and from his balcony in Independence Square. Right up until the final days of his life, he visited the elderly and sick, and during his last days in the hospital, he continued to cheer up fellow patients using the piano and accordion.
We thank him for his service and contribution to our locality over the years.
Condolences to the entire family.
Rest in peace, Spiro!