Kunsill Lokali Birgu

Kunsill Lokali Birgu Merħba fil-paġna tal-Kunsill Lokali tal-Birgu. Welcome to the Birgu Local Council official page.

IL-BIRGU REBBIEĦA TAX-SHIELD KATEGORIJA BIl-Kunsill Lokali tal-Birgu jingħaqad mal-poplu Vittoriosan u jifraħ lill-Birgu...
08/09/2026

IL-BIRGU REBBIEĦA TAX-SHIELD KATEGORIJA B

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jingħaqad mal-poplu Vittoriosan u jifraħ lill-Birgu Regatta Club għar-rebħa tax-Shield Kategorija B fir-Regatta tat-8 ta' Settembru 2026!

Proset Kumitat, qaddiefa u volontiera kollha!

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jawgura lil Klabb tar-Regatta tal-Birgu, kumitat, qaddiefa u volontiera, kull success fit-ti...
08/09/2026

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jawgura lil Klabb tar-Regatta tal-Birgu, kumitat, qaddiefa u volontiera, kull success fit-tigrijiet tar-Regatta Nazzjonali tat-8 ta' Settembru.

Kuragg HOMOR 🔴🔴🔴

AWGURI U VIVA L-BIRGU ❤️

ĠIEĦ IL-BIRGU 2026 - DISMA ATTARD Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jifraħ lil Disma Attard għall-għoti ta' Ġieħ il-Birgu 2026...
08/09/2026

ĠIEĦ IL-BIRGU 2026 - DISMA ATTARD

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jifraħ lil Disma Attard għall-għoti ta' Ġieħ il-Birgu 2026. In-nomina tiegħu kienet approvata unanimament mis-Sindku u l-kunsilliera kollha u l-għoti ta' Ġieħ il-Birgu ngħata lilu lbieraħ 7 ta' Settembru waqt iċ-ċerimonja ta' Jum il-Birgu.

Grazzi Disma għal dak kollu li tagħmel b'risq il-Belt Vittoriosa.

7 TA' SETTEMBRU - JUM IL-BIRGU - CITTÀ VITTORIOSA Il-Belt Rebbieħa u Glorjuża li fuqha ssawwret l-istorja ta' pajjiżna.I...
07/09/2026

7 TA' SETTEMBRU - JUM IL-BIRGU - CITTÀ VITTORIOSA

Il-Belt Rebbieħa u Glorjuża li fuqha ssawwret l-istorja ta' pajjiżna.

Illejla fil-Pjazza tal-Birgu nagħtu ġieħ lil din il-belt li tant inħobbu u li tant aħna kburin biha taħt il-Monument tal-Vitorja, mwaqqaf mill-Gran Mastru Perellos fl-1705 sabiex ifakkar ir-rebħa tal-Assedju l-Kbir tal-1565.

Il-Festa t-tajba lill-Vittoriosani kollha ❤

07/09/2026

Infakkrukhom li nhar it-Tlieta 8 ta’ Settembru, Jum il-Vitorja, ser tinġabar il-borża tal-iskart imħallat bħas-soltu.

Nawguralkom il-festa t-tajba!

----

We remind you that on Tuesday 8th September, Victory Day, the mixed waste bag will be collected as usual.

We wish you a happy holiday!

JUM IL-BIRGU - CITTÁ VITTORIOSA Il-Festa t-Tajba lilll-Vittoriosani kollha!VIVA L-BIRGU - IL-BELT REBBIEĦA U GLORJUŻA ❤
07/09/2026

JUM IL-BIRGU - CITTÁ VITTORIOSA

Il-Festa t-Tajba lilll-Vittoriosani kollha!

VIVA L-BIRGU - IL-BELT REBBIEĦA U GLORJUŻA ❤

BADESSA ĠDIDA FIL-MONASTERU TA' S. SKOLASTIKAIl-Kunsill Lokali tal-Birgu jifraħ lill-Badessa l-ġdida, Suor Concetta Debo...
06/09/2026

BADESSA ĠDIDA FIL-MONASTERU TA' S. SKOLASTIKA

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jifraħ lill-Badessa l-ġdida, Suor Concetta Debono OSB. Suor Concetta għandha 74 sena u hi minn Ħal Balzan. Hi daħlet fil-Monasteru ta' Santa Skolastika meta kellha 29.

Sr Concetta saret Badessa wara elezzjoni li saret fost is-sorijiet li jgħixu fil-Monasteru. Dan wara li l-Badessa Suor Maria Tiralongo marret tiltaqa' mal-Ħallieq ix-xahar li għadda.

7 ta' Settembru - Jum il-Birgu 2026Nhar it-Tnejn 7 ta' Settembru, niċċelebraw Jum il-Birgu, il-Belt Vittoriosa. Inħeġġu ...
04/09/2026

7 ta' Settembru - Jum il-Birgu 2026

Nhar it-Tnejn 7 ta' Settembru, niċċelebraw Jum il-Birgu, il-Belt Vittoriosa.

Inħeġġu lil kulħadd, għaqdiet u residenti, sabiex itellu l-bnadar fuq l-arbli tagħhom sabiex niċċelebraw il-jum tal-belt għażiża tagħna.

04/09/2026
Il-Birgu | Ġabra ta' Ritratti Antiki | A Collection of Old Photographs Tnedija tal-ktieb li saret fil-Berġa ta' Franza, ...
03/09/2026

Il-Birgu | Ġabra ta' Ritratti Antiki | A Collection of Old Photographs

Tnedija tal-ktieb li saret fil-Berġa ta' Franza, il-Ħamis 3 ta' Settembru, 2026.

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jirringrazzja lil dawn l-entitajiet u/jew kumpanji u stabbilimenti tal-għajnuna finanzjarja tagħhom sabiex din il-pubblikazzjoni kienet possibbli:

Kunsill Regjonali Port
Kottonera Foundation
Visit Malta
Heritage Malta
Grand Harbour Regeneration Corporation
Esplora Interactive Science Centre
DDE Attard
Yauthing Malta
Bebirgu
D' Orsini Daniel Orsini
Schranz Ltd

Grazzi lil Ministru Alison Zerafa Civelli tal-preżenza tagħha għal din it-tnedija.

Pubblikazzjoni oħra tal-Kunsill Lokali tal-Birgu.

Address

Auberge De France Triq Hilda Tabone
Il-Birgu

Opening Hours

Monday 08:00 - 12:30
13:15 - 16:15
Tuesday 08:00 - 12:30
13:15 - 16:15
Wednesday 08:00 - 12:30
13:15 - 16:15
Thursday 08:00 - 12:30
13:15 - 16:15
Friday 08:00 - 12:30
13:15 - 16:15
Saturday 08:00 - 12:00

Telephone

+35621662166

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kunsill Lokali Birgu posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Kunsill Lokali Birgu:

Shortcuts

Share