06/07/2026
🇬🇧 This large Savona maiolica platter (c. 1700), discovered during the 1965 demolition of the Auberge de Auvergne, features a putto seated on a rocky outcrop surrounded by floral motifs and butterflies. The platter retains perforations for the attachment of handles, which may have originally been made of silver, and bears a potter's mark on the reverse.
The object underwent comprehensive conservation treatment, including surface cleaning, the removal of deteriorated previous repairs, and structural reassembly using reversible conservation materials. Areas of loss were filled, reinforced where necessary, and carefully retouched to achieve visual integration with the original surface. A final protective coating was applied to ensure the long-term preservation of the object. The platter is on display at the Inquisitor's Palace as part of the current Fare Convito exhibit.
🇲🇹 Dan il-platt kbir tal-majolika minn Savona (madwar l-1700), li nstab waqt it-twaqqigħ tal-Auberge de Provence fl-1965, juri putto bilqiegħda fuq il-blat imdawwar b'motivi ta' fjuri u friefet. Il-platt għad għandu perforazzjonijiet għall-immuntar tal-manki, li x'aktarx oriġinarjament kienu tal-fidda. Għandu wkoll marka tal-fuħħar fuq in-naħa ta' wara.
L-oġġett għadda minn trattament komprensiv ta' konservazzjoni, li kien jinkludi t-tindif tal-wiċċ, it-tneħħija ta' tiswijiet preċedenti li kienu ddeterjoraw, u l-assemblaġġ tal-frammenti bl-użu ta' materjali riversibbli. Iż-żoni neqsin ġew mimlija, imsaħħa fejn kien meħtieġ, u rtukkati b'attenzjoni sabiex jinkiseb bilanċ viżiv mal-wiċċ oriġinali. Fl-aħħar, ġie applikat saff protettiv sabiex l-oġġett jiġi preservat għas-snin li ġejjin.