Wirt Iż-Żejtun

Wirt Iż-Żejtun Wirt iż-Żejtun hija għaqda volontarja li qed taħdem sa biex jitkattar l-apprezzament tal-wirt kulturali u storiku taż-Żejtun.

In-Numru mija u sebgħa u sebgħin (177) mis-sensiela "Nitfa Storja" - It-Torri Vendome
17/08/2026

In-Numru mija u sebgħa u sebgħin (177) mis-sensiela "Nitfa Storja" - It-Torri Vendome

Fil-jiem li għaddew ippreżentajna kopja tal-ktieb "Iż-Żejtun Citta' Beland - Our Heritage, Our Place, Our Life" miktub m...
02/08/2026

Fil-jiem li għaddew ippreżentajna kopja tal-ktieb "Iż-Żejtun Citta' Beland - Our Heritage, Our Place, Our Life" miktub minn Vincent Zammit u b'fotografija ta' Daniel Cilia, sabiex jinżamm bħala referenza fil-Librerija Pubblika Ċentrali.

Ippreżentejna wkoll sittin kopja ta' l-aħħar pubblikazzjoni li għamilna, "The Old Parish Church of St Catherine Rediscovered" li fih ir-riċerka li ġiet preżentata waqt is-simpożju li sar is-sena li għaddiet.

Dmirna huwa dejjem li naqsmu u nxerdu l-għarfien dwar beltna.

Din hija kanzunetta li kiteb Charles Seychell b'dedika lil għannej il-Budaj.Awguri Charles għal mixja tal-llum.
25/07/2026

Din hija kanzunetta li kiteb Charles Seychell b'dedika lil għannej il-Budaj.

Awguri Charles għal mixja tal-llum.

Lill-Budaj hija kanzunetta mill-album TIFKIRIET TFULITI. Dan l-albu...

Illum qed naqsmu magħkom l-ewwel kanzunetta li kiteb Charles Seychell  mis-CD li għadu kemm ħareġ (is-cd seħħ bl-għajnun...
22/07/2026

Illum qed naqsmu magħkom l-ewwel kanzunetta li kiteb Charles Seychell mis-CD li għadu kemm ħareġ (is-cd seħħ bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti taħt l-iskema Micro Grant).

Nhar is-SIbt li ġej 25 ta' Lulju, il-ħabib tagħna Charles Seychell se jkun qed jimxi miż-Żejtun sad-Dar tal-Providenza, sabiex jiġbor fondi għal din id-Dar.

Inħeġġukom sabiex tagħmlu d-donazzjoni tagħkom.

Il-Bejjiegħa ta' Dari hija kanzunetta mill-album TIFKIRIET TFULITI....

TIFKIRIET TFULITI – CD TA’ KANZUNETTI DWAR IŻ-ŻEJTUN TA’ L-IMGĦODDIĠie ppreżentat lil Kunsill is-cd TIFKIRIET TFULITI fi...
20/07/2026

TIFKIRIET TFULITI – CD TA’ KANZUNETTI DWAR IŻ-ŻEJTUN TA’ L-IMGĦODDI

Ġie ppreżentat lil Kunsill is-cd TIFKIRIET TFULITI fil-preżenza tas-sindku Joan Agius. Dan is-cd jiġbor fiħ sitt kanzunetti miktuba mill-poeta u kantant folkloristiku Żejtuni Charles Seychell. Il-mużika għal dawn il-kanzunetti ġiet miktuba minn Frederick Camilleri u l-arranġamenti mużikali saru minn Augusto Cardinali fl-istudios tieghu. Id-Direttur Artistiku tal-proġett Anthony Ellul qal li dan is-cd seħħ bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti taħt l-iskema Micro Grant u l-kanzunetti jittrattaw diversi temi relatati ma’ tifkiriet tat-tfulija ta’ Charles. Fosthom insibu Karmnu l-Iskarpan, Il-Landier tal-Kantuniera, Fil-Ħanut tan-Nannu Tiegħi u kanzunetta ddedikata lill-għannej mibki Frans Baldacchino magħruf bħala I-Budaj. Din kienet il-holma ta’ Charles li l-poeżiji tieghu jiġu mmużikati. Issa bihom jista jferraħ lil tant nies waqt diversi attivitajiet kulturali u serati u bihom ifakkar mumenti minn tfulitu fiż-Żejtun. Għal din il-preżentazzjoni kien hemm preżenti ukoll is-Sur Ruben Abela President ta’ Wirt iż-Żejtun li ukoll saritlu preżentazzjoni tas-cd.

Matul il-ġranet li ġejjin se nkunu qed intellgħu dawn il-kanzunetti fuq il-paġna tagħna.

Prosit Charles u lit-tim kollu għal din l-inizjattiva.

In-Numru mija u sitta u sebgħin (176) mis-sensiela "Nitfa Storja" - Espedito Deguara
18/07/2026

In-Numru mija u sitta u sebgħin (176) mis-sensiela "Nitfa Storja" - Espedito Deguara

Il-bieraħ sebgħa u tlettin persuna attendew għall-attivita' Għall-Frisk taħt l-Art.  Attivita' unika fejn matulha żorna ...
18/07/2026

Il-bieraħ sebgħa u tlettin persuna attendew għall-attivita' Għall-Frisk taħt l-Art. Attivita' unika fejn matulha żorna diversi postijiet taħt l-art fiż-Żejtun, li b***a minnhom qatt ma nfetħu għall-pubbliku.

Issa nistrieħu għal ftit ġimgħat tas-sajf!

📷 Anthony Cassar

Huwa ta' sodisfazzjoni kbir għalina li qiegħedin ngħinu lil Parroċċa Santa Katarina Iż-Żejtun sabiex nipproteġu dawn l-a...
09/07/2026

Huwa ta' sodisfazzjoni kbir għalina li qiegħedin ngħinu lil Parroċċa Santa Katarina Iż-Żejtun sabiex nipproteġu dawn l-arkivji li fihom mhux biss jiġbru l-istorja tal-parroċċa tagħna, iżda wkoll ta' ġenerazzjoni wara l-oħra tal-komunita' tagħna sa mill-bidu tas-seklu 17.

Sfortunatament l-arkivji ta' qabel l-1614 inqerdu fl-aħħar ħbit tat-torok u waqt l-Assedju l-Kbir.

Kien il-Ħadd 6 ta’ Lulju 1614, sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx, meta erba’ gwardjani parti mill-maħras matul il-kosta tax-X...
06/07/2026

Kien il-Ħadd 6 ta’ Lulju 1614, sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx, meta erba’ gwardjani parti mill-maħras matul il-kosta tax-Xlokk, lemħu tnejn u ħamsin galera u sitt galliotti resqin lejn il-kosta. Filwaqt li wieħed mill-gwardjani ħarab jiġri biex javża lir-residenti tal-irħajla ta’ Sancta Catherina, l-ieħor ġera lejn it-torri (San Luċjan) jgħajjat Salva! Salva!

Address

Wirt Iz-Zejtun, PO Box 25
Iz-Zejtun

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Wirt Iż-Żejtun posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Wirt Iż-Żejtun:

Shortcuts

Share