29/05/2026
Nurture Class: eTwinnng Project - ‘Feel it Forward’
Matul din is-sena skolastika l-istudenti tan-Nurture Class ħadu sehem fi proġett tal-eTwinnng ‘Feel it Forward’ b’kollaborazzjoni ma’ studenti oħra mill-Polonja, Greċja u Spanja. Matul dan il-vjaġġ edukattiv, l-istudenti minn klassijiet differenti għarfu l-importanza li nużaw l-internet b’mod għaqli filwaqt li esploraw emozzjonijiet differenti wara li nqara l-ktieb ‘The Grand Hotel of Feelings’ ta’ Lidia Brancović. Tgħallmu wkoll kif jikkontrollaw dawk l-emozzjonijiet b’saħħithom u għamlu użu minn strateġiji differenti li jgħinuhom jikkalmaw sabiex jevitaw konsegwenzi mhux mixtieqa. Matul il-proġett l-istudenti għamlu użu ta’ għodod diġitali differenti sabiex ħadu sehem f’diversi attivitaijiet. Huma ltaqgħu onlajn mal-kollaboraturi tagħhom diversi drabi, introduċew lil xulxin, tkellmu bejniethom u ħadu gost flimkien.
During this scholastic year, the students of the Nurture Class took part in the eTwinning project “Feel it Forward” in collaboration with other students from Poland, Greece, and Spain. Throughout this educational journey, students from different classes understood the importance of using the internet wisely while exploring different emotions after reading the book The Grand Hotel of Feelings by Lidia Branković.
They also learned how to manage these strong emotions and used different strategies to help them calm down to avoid unwanted consequences. During the project, the students made use of various digital tools to participate in several activities. They met online with their collaborators on several occasions, introduced themselves to one another, engaged in conversations and enjoyed spending time together.