Building & Construction Authority

Building & Construction Authority Establishing a better management of the building and the construction sectors on the Islands.

25/05/2026

Simulator li permezz tiegħu ħaddiema fil-qasam tal-kostruzzjoni jkunu jistgħu jiġu mħarrġa.

Inawgurat, Simulator ta’ l-aħħar teknoloġija bil-għan li jiġu mħarrġa ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni. Pe...
22/05/2026

Inawgurat, Simulator ta’ l-aħħar teknoloġija bil-għan li jiġu mħarrġa ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni. Permezz ta’ dan is-simulator se jkunu qed jingħataw korsijiet lil dawk kollha li jridu jaħdmu fis-setturi tad-demoluzzjoni u l-iskavar, qabel ma wieħed jibda’ jaħdem fuq il-lant tax-xogħol.

Dan l-investiment ġie inawgurat mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard, fil-preżenza taċ-Chairperson tal-BCA, il-Perit Simon Saliba, u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità, il-Perit Roderick Bonnici.

STQARRIJA MILL-AWTORITA’ TAL-BINI U L-KOSTRUZZJONIL-Awtorita’ tal-Bini u Kostruzzjoni (BCA) tirreferi għal rapporti riċe...
22/05/2026

STQARRIJA MILL-AWTORITA’ TAL-BINI U L-KOSTRUZZJONI

L-Awtorita’ tal-Bini u Kostruzzjoni (BCA) tirreferi għal rapporti riċenti fil-midja li jikkonċernaw xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li saru fis-sigħat bikrin fin-Naxxar wara l-inċident li seħħ dan l-aħħar f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-Awtorita tiċċara li s-sigħat ta’ xogħol estiżi proposti inizjalment kienu kkunsidrati strettament fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet prevalenti ta’ sikurezza, kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-pubbliku ġenerali, bil-għan li jitlestew xogħlijiet urġenti ta’ radam fl-iqsar żmien possibbli u tiġi limitata l-inkonvenjenza.

Dawn l-arranġamenti proposti ġew komunikati u diskussi waqt laqgħa li saret aktar kmieni din il-ġimgħa ma’ numru sostanzjali ta’ residenti milquta. Għal din il-laqgħa kien ġie mistieden ukoll il-Kunsill Lokali tan-Naxxar.

Minkejja dan, u wara t-tħassib imqajjem mill-Kunsill Lokali, il-kuntrattur minn dak iż-żmien ’l hawn ingħata struzzjonijiet biex jagħmel xogħlijiet strettament fis-sigħat permessi mil-liġi taħt il-qafas regolatorju tal-BCA.

Il-BCA tibqa’ impenjata li tiżgura li s-sikurezza pubblika tiġi salvagwardjata filwaqt li tqis ukoll it-tħassib leġittimu tar-residenti.

PRESS RELEASE BY THE BUILDING AND CONSTRUCTION AUTHORITY

The Building and Construction Authority (BCA) refers to recent media reports concerning construction works carried out at early hours in Naxxar following the recent incident at the site.

The Authority clarifies that the proposed extended working hours were initially considered strictly in light of overriding safety considerations, both for workers and for the general public, with the aim of completing urgent backfilling works in the shortest possible timeframe and limiting prolonged disruption in the area.
These proposed arrangements were communicated and discussed during a meeting held earlier this week with a substantial number of affected residents. The Naxxar Local Council had also been invited to attend this meeting.

Notwithstanding the above, and following the concerns raised by the Local Council, the contractor has since been directed to carry out works strictly within the hours permitted by law under the BCA’s regulatory framework.

The BCA remains committed to ensuring that public safety is safeguarded while also taking into account the legitimate concerns of residents.

20/05/2026

STQARRIJA MILL-AWTORITÁ TAL-BINI U L-KOSTRUZZJONI

Aġġornament dwar ix-xogħlijiet ta’ emerġenza fis-sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar

Nhar it-Tnejn, 18 ta’ Mejju, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ltaqgħet mal-persuni u l-familji kollha affettwati fin-Naxxar sabiex tiġi determinata t-triq ‘l quddiem. Għal din il-laqgħa attendew ukoll rappreżentanti minn Infrastructure Malta, li tkelmu dwar ix-xogħlijiet li għaddejjin ukoll fuq it-triq li qed tinbena biswit is-sit ta’ kostruzzjoni.

F’din il-laqgħa ġie spjegat lir-residenti li mit-Tlieta 19 ta’ Mejju, ser ikunu qed jibdew ix-xogħlijiet ta’ emerġenza fis-sit, bejn il-05:00am u t-8:00pm, għal xogħlijiet ta’ rimedju kif mitlub mill-Prof., il-Perit Alex Torpiano. L-iżviluppatur, tal-proġett, appunta lill-Prof., il-Perit Alex Torpiano, sabiex jagħmel ‘method statement’ dwar ix-xogħlijiet li jridu jsir sabiex jitneħħa kull tip ta’ periklu mis-sit, għall-ħaddiema u t-terzi.

Fl-istess ħin l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ħarġet numru ta’ kundizzjonijiet lill-iżviluppatur u l-kuntrattur li jrid jimxi magħhom waqt ix-xogħlijiet. Fost dawn il-kundizzjonijiet hemm li jrid jiġi komunikat ix-xogħol kollu li qed isir lill-Awtorità, inkluż b’it-teħid ta’ evidenza viżiva.

Fost kundizzjonijiet oħra hemm li l-iżviluppatur irid idaħħal polza ta’ assigurazzjoni u kif ukoll li l-ispejjeż kollha marbuta ma’ dawn ix-xogħlijiet, u spejjeż addizzjonali oħra tal-BCA, iridu jitħallsu mill-iżviluppatur tal-proġett.

Sadanittant, it-Taqsima tal-infurzar flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà (OHSA) għaddejja bi spezzjonijiet kontinwi biex tissorvelja x-xogħlijiet.

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni se tibqa’ f’kuntatt kontinwu mar-residenti, sabiex jkomplu jiġu salvagwardati s-saħħa u s-sigurtà u d-drittijiet tal-istess terzi.

OHSA MALTA

PRESS RELEASE FROM THE BUILDING AND CONSTRUCTION AUTHORITY

Update on emergency works at the Naxxar construction site.

On Monday, 18th May, the Building and Construction Authority met with all affected persons and families in Naxxar to determine the way forward. This meeting was also attended by representatives from Infrastructure Malta, who spoke about the works also underway on the road being built adjacent to the construction site.

During this meeting, it was explained to residents that as from Tuesday 19th May, emergency works will be commencing at the site, between 05:00am and 8:00pm, for remedial works as requested by Prof., Architect Alex Torpiano. The project developer has appointed Prof. Architect Alex Torpiano to draw up a ‘method statement’ on the works to be carried out in order to remove all types of hazards from the site, for workers and third parties.

At the same time, the Building and Construction Authority has issued a number of conditions to the developer and the contractor who must comply with them during the works. Among these conditions is that all work being carried out must be communicated to the Authority, including the taking of visual evidence.

Among other conditions is that the developer must enter into an insurance policy and that all costs related to these works, and other additional costs of the BCA, must be paid by the project developer.

15/05/2026

AĠĠORNAMENT DWAR IL-KAŻ FIN-NAXXAR

Aktar kmieni llum twettqet spezzjoni dettaljata fuq is-sit inkwistjoni. L-uffiċjali tal-BCA, flimkien mar-rappreżentanti tal-OHSA, periti tal-awtoritajiet konċernati, perit indipendenti kif ukoll il-periti tal-iżviluppatur, aċċedew għas-sit fejn saru diversi investigazzjonijiet tekniċi fuq il-binja.

Wara l-kostatazzjonijiet ipprovduti minn Dr Adrian Mifsud, Geotechnical Engineer ingaġġat bħala espert indipendenti mill-Awtorità, il-BCA kkonfermat li l-binjiet li jinsabu barra mis-sit tal-kostruzzjoni huma siguri. Saret spezzjoni wkoll fis-sit fejn qed isir ix-xogħol ta' kostruzzjoni flimkien mal-Professur Alex Torpiano, espert ingaġġat mill-iżviluppatur. Għaldaqstant, il-familji li kienu ġew evakwati bħala miżura ta’ prekawzjoni jistgħu jirritornaw lura fid-djar tagħhom.

Madankollu, l-Awtorità, f’konsultazzjoni mal-esperti, tqis li għadu prematur biex l-appartamenti u strutturi li jinsabu fis-sit inkwistjoni u li kien qed jintużaw jergghu jiġi okkupat f’dan l-istadju.
Il-Ħamis filgħaxija ġew evakwati total ta’ 13-il familja bħala miżura ta’ prekawzjoni. Il-BCA, flimkien ma’ awtoritajiet oħra, tibqa’ impenjata li tħares id-drittijiet u s-sigurtà tal-partijiet kollha, u qed tadotta approċċ proattiv. L-evakwazzjoni li saret nhar il-Ħamis kienet miżura ta’ prekawzjoni proattiva sabiex tiġi żgurata s-sigurtà ta’ terzi persuni sakemm issir valutazzjoni komprensiva tas-sit u tal-binjiet fil-viċinanzi.

Fuq is-sit inkwistjoni fin-Naxxar il-BCA wettqet total ta’ 110 spezzjoni, ħarġet 71 struzzjoni bil-miktub rigward xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, u ħarġet ukoll 7 multi u kontravenzjonijiet. Dan abbażi ta’ rapporti li waslu għandu dwar is-sit u kif ukoll abbażi ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet mwettqa mill-istess Awtorità.
Is-sit għadu taħt investigazzjoni, filwaqt li l-awtoritajiet qed iżommu kuntatt kontinwu mal-familji konċernati u mal-partijiet kollha involuti.


NAXXAR CASE UPDATE

Earlier today, a detailed inspection was carried out on the site in question. Officials from the BCA, together with representatives of the OHSA, periti from the concerned authorities, an independent perit, as well as the developer's periti, accessed the site where various technical investigations on the building were conducted.

Following the findings provided by Dr Adrian Mifsud, Geotechnical Engineer engaged as an independent expert by the Authority, the BCA confirmed that the buildings situated outside the construction site are safe. An inspection was also carried out on the site where construction work is taking place, together with Professor Alex Torpiano, an expert engaged by the developer. Consequently, the families who had been evacuated as a precautionary measure may return to their homes.

Nevertheless, the Authority, in consultation with the experts, considers that it is still premature for the sole apartment located on the site in question, which was being used as a residence, to be reoccupied at this stage.

On Thursday evening, a total of 13 families were evacuated as a precautionary measure. The BCA, together with other authorities, remains committed to safeguarding the rights and safety of all parties, and is adopting a proactive approach. The evacuation carried out on Thursday was a proactive precautionary measure to ensure the safety of third parties pending a comprehensive assessment of the site and the buildings in the vicinity.

On the site in question in Naxxar, the BCA has carried out a total of 110 inspections, issued 71 written instructions regarding construction works, and also issued 7 fines and contraventions. This on the basis of reports received regarding the site and also on the basis of inspections and investigations carried out by the Authority itself.

The site remains under investigation, while the authorities are maintaining continuous contact with the families concerned and all parties involved.

OHSA MALTA

14/05/2026

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-xogħol qegħdin jinvestigaw rapporti dwar sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar.

L-Awtoritajiet ħarġu immedjatament ordni biex jitwaqqaf ix-xogħol u qegħdin jikkordinaw u jieħdu kull deċiżjoni neċessarja flimkien mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex tiġi mħarsa s-sigurtà tar-residenti u tal-madwar.

Intant bħala miżura ta’ prekawzjoni saret evakwazzjoni kontrollata filwaqt li kompla l-moniteraġġ tas-sit.

OHSA MALTA

L-Awtorita' tal-Bini u l-Kostruzzjoni, flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ, telgħet sessjoni ta' informazzjoni dwar l-iSkill ...
13/05/2026

L-Awtorita' tal-Bini u l-Kostruzzjoni, flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ, telgħet sessjoni ta' informazzjoni dwar l-iSkill Card, li se tkun mandatorja mill-1 ta' Jannar, 2027.

The Malta Chamber

🇲🇹 Il-BCA qed toffri kors lill-Professjonisti fis-Saħħa u s-Sigurtà fil-livell 4. Dan il-kors hu maqsum fi tmien sessjon...
08/05/2026

🇲🇹 Il-BCA qed toffri kors lill-Professjonisti fis-Saħħa u s-Sigurtà fil-livell 4. Dan il-kors hu maqsum fi tmien sessjonijiet kif indikat fit-tabella.

Sabiex tapplika, ċempel 138 jew żur il-BCA Education Hub fil-Furjana.
bca.gov.mt

🇬🇧 The BCA is organising a Health and Safety Course for Professionals in MQF Level 4. This course will be delivered in 8 sessions.

Kindly call 138 or visit the BCA Educational Hub in Floriana to reserve your place.
bca.gov.mt See less

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) qed tkompli tinvesti fl-iżvilupp tal-ħiliet fis-settur tal-kostruzzjoni perme...
25/04/2026

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) qed tkompli tinvesti fl-iżvilupp tal-ħiliet fis-settur tal-kostruzzjoni permezz ta’ programm strutturat ta’ taħriġ, li jinkludi kors speċjalizzat dwar is-sengħa tradizzjonali tal-bini tal-ħitan tas-sejjieħ.

Waqt żjara waqt it-taħriġ, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Dr Jonathan Attard faħħar ir-rwol proattiv li qed twettaq il-BCA fis-salvagwardja ta’ sengħat tradizzjonali Maltin.

Ġustizzja

Address

The Exchange, Spencer Hill
Marsa
MRS1982

Opening Hours

Monday 07:30 - 12:30
Tuesday 07:30 - 12:30
Wednesday 07:30 - 12:30
Thursday 07:30 - 12:30
Friday 07:30 - 12:30

Telephone

+35620955000

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Building & Construction Authority posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Building & Construction Authority:

Share