Partit Laburista - Marsaskala

Directions Website

Partit Laburista - Marsaskala Din hija l-paġna tal-Partit Laburista f'Marsaskala bl-iskop li ġġib flimkien u toħloq kuntatt ma

08/10/2026

MARSASKALA MARINA – LET'S GET THE FACTS STRAIGHT

Following the article published on a news portal regarding the possibility of a superyacht marina in Marsaskala, I would like to remind residents of some important facts.

In 2022, Prime Minister Robert Abela announced that the proposed marina project in Marsaskala had been abandoned.

In 2023, the Prime Minister also announced that the local plan would be amended to prevent the development of a marina in our bay.

In 2024, the Planning Authority initiated the formal process to remove Policy SMMS 04, which had provided for the possibility of developing a marina in Marsaskala.

We now also have a clear denial from Minister Owen Bonnici regarding the statements attributed to him in the article currently being circulated.

Minister Bonnici was not even asked about superyachts in Marsaskala, let alone gave the answer being attributed to him!

And had he actually made such a statement, don't you think it would have made headlines in every newspaper?

I will leave it up to you to draw your own conclusions.

These are documented facts, not merely opinions.

Therefore, before spreading unnecessary alarm among residents, it is important that we verify the facts.

The marina project remains abandoned, and the protection of our bay remains in place.

Marsaskala belongs to all of us, and its residents deserve to be informed by facts, not speculation.

08/10/2026

MARSASKALA MARINA – EJJEW NIĊĊARAW IL-FATTI

Wara l-artiklu li deher f'newsportal dwar il-possibbiltà ta' marina għas-superyachts f'Marsaskala, nixtieq infakkar lir-residenti f'xi fatti importanti.

Fl-2022, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-proġett tal-marina f'Marsaskala kien ġie abbandunat.

Fl-2023, il-Prim Ministru ħabbar ukoll li l-pjan lokali kellu jinbidel sabiex ma jippermettix l-iżvilupp ta' marina fil-bajja tagħna.

Fl-2024, l-Awtorità tal-Ippjanar bdiet il-proċess formali biex tneħħi l-policy SMMS 04, li kienet tipprovdi għall-possibbiltà ta' marina f'Marsaskala.

Issa għandna wkoll ċaħda ċara mill-Ministru Owen Bonnici dwar dak li ġie attribwit lilu fl-artiklu li qed jiċċirkola. Il-Minsitru Bonnici lanqas biss gie mistoqsi dwar super yachts f'Marsaskala ahseb u ara kemm wiegeb hekk!

U kieku wiegeb hekk ma tahsbux li konna narawha fil-gazzetti kollha? Inhalli f'idejkom biex taslu għall-konklużjonijiet taghkom.

Dawn huma fatti dokumentati, u mhux sempliċement opinjonijiet.

Għalhekk, qabel ma nxerrdu aktar allarm fost ir-residenti, tajjeb li nivverifikaw il-fatti.

Il-proġett tal-marina għadu abbandunat u li l-protezzjoni tal-bajja tagħna tibqa' fis-seħħ.

Marsaskala hija tagħna lkoll, u ħaqqha li nkunu infurmati bil-fatti, mhux bl-ispekulazzjonijiet.

02/10/2026
18/09/2026

Kien hemm ħafna kummenti negattivi dwar il-proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Marsaskala, u naturalment kulħadd għandu d-dritt jesprimi l-opinjoni tiegħu. Madankollu, nemmen ukoll li meta xi ħaġa ssir sew, għandna nirrikonoxxuha u nagħtu l-mertu fejn jistħoqqlu.

Dalgħodu, wara x-xita qawwija li kellna, għaddejt mill-pjazza ta’ quddiem il-kiosk ta’ Tiffany’s. Din hija żona li drajna narawha mgħarrqa kull meta jkollna xita qawwija. Għas-sorpriża tiegħi, u bi pjaċir, din id-darba l-għargħar tas-soltu ma kienx hemm.

Għalija, dan diġà huwa titjib pożittiv u li jidher ċar. Ħafna drabi nkunu pronti nikkritikaw meta l-affarijiet imorru ħażin, għalhekk naħseb li huwa ġust li nkunu daqstant pronti nirrikonoxxu meta l-affarijiet jitjiebu.

Il-mertu għandu jingħata fejn jistħoqqlu. Grazzi lill-Ministru għat-Trasport, l-Onor. Chris Bonett, u lil kull min huwa involut fil-proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Marsaskala għat-titjib li rajna s’issa. Nittamaw li, hekk kif il-proġett ikompli miexi ’l quddiem, inkomplu naraw aktar titjib għal Marsaskala u għar-residenti tagħha.

Fir-rigward tal-milgħuba, jiġifieri meta jogħla l-livell tal-baħar b’mod simili għal dak li nafuh bħala l-marea, irridu nistennew sakemm terġa’ sseħħ biex naraw kif iż-żona se tiffaċċjaha. Din hija fenomenu naturali li diffiċli ħafna tbassar u tikkontrolla.

14/09/2026

AVVIŻ – TENDERS GĦALL-BOTTEGI

Nixtiequ ninfurmawkom li ħarġu t-tenders għall-bottegi tal-Partit Laburista ta’ Marsaskala.
Kull min hu interessat jista’ jiġbor l-applikazzjoni u d-dettalji relatati mill-Kwartieri Ċentrali tal-Partit Laburista.
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi sal-Ġimgħa, 18 ta’ Settembru.
Inħeġġu lil kull min hu interessat biex jiġbor l-applikazzjoni u japplika fiż-żmien stipulat.

Kumitat Lokali Partit Laburista – Marsaskala

07/09/2026

Address

Triq San Gwakkin
Marsaskala

Opening Hours

Monday 19:00 - 22:00
Tuesday 19:00 - 22:00
Wednesday 19:00 - 22:00
Thursday 19:00 - 22:00
Friday 19:00 - 22:00
Saturday 19:00 - 22:00
Sunday 10:00 - 16:00

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Partit Laburista - Marsaskala posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share