Marsaxlokk Local Council

Call Directions Website Contact the organisation

Marsaxlokk Local Council Marsaxlokk Local Council is the local government for the village of Marsaxlokk. Din hi l-paġna tal-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk fuq Facebook.

Posts fuq din il-paġna mhumiex meqjusa bħala korrispondenza uffiċċjali lill-Kunsill. Kull korrispondenza uffiċċjali lill-Kunsill li tkun mixtieqa li tiġi diskussa fis-seduti tal-Kunsill Lokali għandha tintbgħat lill-Kunsill permezz ta' email fuq [email protected] jew inkella bil-posta fl-indirizz 2, Kunsill Lokali Marsaxlokk, Triq Vittorio Cassar, Marsaxlokk, MXK1051.

🎄✨ APPLIKAZZJONIJIET MIFTUĦA GĦALL-ISTALLS – MIXGĦELA MILIED XLUKKAJR 2026! ✨🎄Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk qed jisti...
26/10/2026

🎄✨ APPLIKAZZJONIJIET MIFTUĦA GĦALL-ISTALLS – MIXGĦELA MILIED XLUKKAJR 2026! ✨🎄

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk qed jistieden lill-bejjiegħa interessati sabiex japplikaw biex jieħdu sehem b’stall fil-Mixgħela Milied Xlukkajr, li se ssir nhar il-Ħadd, 29 ta’ Novembru 2026, fil-Pjazza ta’ Marsaxlokk. 🎅🎁

Qed infittxu prodotti li jżidu mal-atmosfera tal-Milied, fosthom dekorazzjonijiet tal-Milied, rigali, xogħol artiġjanali u prodotti oriġinali li jistgħu jkunu ideali bħala rigali għall-festi.

📍 Informazzjoni dwar l-attività:
• 📅 Data: Il-Ħadd, 29 ta’ Novembru 2026
• 📌 Post: Pjazza ta’ Marsaxlokk
• 🏠 Daqs tal-istall: 2m x 2m, provdut mill-Kunsill
• 💡 Dawl: Se jiġi pprovdut mill-Kunsill
• ⏰ Ħin tal-attività: Mill-11:00am sas-6:00pm

📩 Kif tapplika?

Dawk interessati huma mitluba jibagħtu email fuq [email protected] sat-Tnejn 2 ta’ Novembru 2026, b’din l-informazzjoni:
• Subject tal-email: Milied Xlukkajr Stalls 2026
• Isem tal-persuna, għaqda jew negozju;
• Deskrizzjoni qasira tal-prodotti li se jkunu qed jinbiegħu;
• Ritratti tal-prodotti;
• Numru tat-telefon ta’ kuntatt.

ℹ️ L-applikazzjonijiet se jiġu kkunsidrati fuq bażi ta’ first come, first served, kif ukoll skont it-tip ta’ prodotti offruti, sabiex niżguraw varjetà ta’ prodotti u nevitaw ripetizzjoni.

Ingħaqdu magħna biex flimkien noħolqu atmosfera mill-isbaħ tal-Milied f’Marsaxlokk! 🎄❤️

Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk

💃🎶 It-tieni parti tal-Folklor Festival għaddejja bħalissa! 🌍Ejjew ingħaqdu magħna ħdejn it-Torri Vendome f’Marsaxlokk u ...
25/10/2026

💃🎶 It-tieni parti tal-Folklor Festival għaddejja bħalissa! 🌍

Ejjew ingħaqdu magħna ħdejn it-Torri Vendome f’Marsaxlokk u gawdu l-wirjiet mill-isbaħ tal-gruppi taż-żfin folkloristiku! ❤️

💃🌍 The second part of the Folklore Festival is happening right now, near Vendome Tower!

Come and enjoy the colourful performances by our amazing folklore dance groups as they celebrate culture, music and tradition! 🎶❤️

25/10/2026

🎶🌍 Il-Folklor Festival għaddej bħalissa! 💃🎉

Ejjew ingħaqdu magħna u tkunu parti minn din l-atmosfera sabiħa ta’ mużika, żfin u tradizzjoni! ❤️

📍 Qed nistennewkom! 🥳

🎶🌍 The Folklore Festival is happening right now! 💃🎉

Come and join us for a wonderful celebration of music, dance and tradition! ❤️

We look forward to seeing you! 🥳

Mixja ta' Pink October 🌸Il-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk flimkien ma' Lara Camilleri jixtiequ jirringrazzjaw mill-qalb l...
24/10/2026

Mixja ta' Pink October 🌸

Il-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk flimkien ma' Lara Camilleri jixtiequ jirringrazzjaw mill-qalb lil kull min ġie magħna għall-mixja ta' Pink October, kemm lir-residenti kif ukoll lil dawk li ġew minn barra Marsaxlokk! 💖

Grazzi wkoll lil kull min waqaf magħna wara għal kikkra kafè u biċċa kejk roża ☕️🍰

Bis-saħħa tagħkom, irnexxielna niġbru s-somma ta' €488.25 li se nagħtuhom donazzjoni lil Europa Donna Malta. 🎀

Grazzi minn qalbna tas-support tagħkom!

Pink October Walk 🌸

Marsaxlokk Local Council together with fitness instructor Lara Camilleri would like to thank everyone who joined us for our Pink October walk — both residents and non-residents! 💖

A big thank you as well to everyone who stuck around afterwards for a nice cup of coffee and a slice of pink cake ☕️🍰

Thanks to your amazing generosity, we raised €488.25, which will be donated to Europa Donna Malta. 🎀

Thank you all so much for your support!


🌸💖

Lara Camilleri

🎃 TRICK OR TREAT F’MARSAXLOKK! 👻L-attivitajiet ta' Halloween jinsabu magħna! Il-Kunsill Lokali qed jistieden lit-tfal ko...
24/10/2026

🎃 TRICK OR TREAT F’MARSAXLOKK! 👻

L-attivitajiet ta' Halloween jinsabu magħna! Il-Kunsill Lokali qed jistieden lit-tfal kollha ta' Marsaxlokk biex jingħaqdu magħna għat-Trick or Treat.

📅 Data: Is-Sibt, 31 ta’ Ottubru

⏰ Ħin: 4:30 PM (16:30)

📍 Post fejn se niltaqgħu: Ġnien il-Familja

🎈 IR-RWOLL TAR-RESIDENTI:

Għeżież residenti, jekk tixtiequ li t-tfal iħabbtulkom u tipparteċipaw magħna:

👉 Kull ma tridu tagħmlu hu li tdendlu bużżieqa SEWDA jew ORANĠJO mal-bieb, mal-gallerija jew mat-tieqa tagħkom.

B’hekk, it-tfal ikunu jafu li jistgħu iħabbtulkom u jieħdu xi ħelwa! 🍬🍭

Ejjew flimkien noħolqu ftit divertiment u tbissima għat-tfal tar-raħal tagħna! ✨

🎃 TRICK OR TREAT IN MARSAXLOKK! 👻

The Local Council invites all children to our Halloween Trick or Treat event!

📅 Date: Saturday, 31st October

⏰ Time: 4:30 PM

📍 Meeting Point: Ġnien il-Familja

🎈 FOR RESIDENTS:

Residents who wish to participate and welcome children for Trick or Treat are kindly asked to:

👉 Hang or display a BLACK or ORANGE balloon outside your home / door / balcony.

This will let the children know that your house is participating! 🍬🍭

Let’s create a fun and safe atmosphere for our children! ✨

📢 Infakkrukom:AVVIŻ IMPORTANTI DWAR DEVJAZZJONIJIET TAT-TRAFFIKU – MARSAXLOKKIl-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk jixtieq ji...
23/10/2026

📢 Infakkrukom:
AVVIŻ IMPORTANTI DWAR DEVJAZZJONIJIET TAT-TRAFFIKU – MARSAXLOKK
Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk jixtieq jinforma lir-residenti dwar l-arranġamenti tat-traffiku b’rabta mal-attività li se ssir nhar il-Ħadd, 25 ta’ Ottubru.
📅 Is-Sibt, 24 ta’ Ottubru 🕓 Mill-16:00 ’il quddiem:
• L-ebda kowċ mhu se jitħalla jgħaddi minn Xatt is-Sajjieda minħabba l-għeluq tat-triq għall-palk tal-Folk Festival, li se jkun jinsab viċin it-Torri Vendôme.
• Il-karozzi xorta se jitħallew jgħaddu minn Xatt is-Sajjieda, iżda se jkollhom iduru lura fit-tarf tat-triq, minn Triq il-Kunċizzjoni.
📅 Il-Ħadd, 25 ta’ Ottubru 🕗 Mit-08:00 sat-18:00:
• L-ebda kowċ jew karozza mhu se jitħalla jgħaddi minn Xatt is-Sajjieda minħabba l-parata tal-Folk Festival.
🚗 Aċċess għall-parkeġġ etc.
Dawk li jixtiequ jaċċessaw il-parkeġġ viċin il-grawnd tal-futbol jew toroq oħra fil-viċinanza huma ġentilment mitluba jidħlu Marsaxlokk mill-Qajjenza.
Nappellaw lil kulħadd sabiex jippjana r-rotta tiegħu minn qabel.
Għal aktar informazzjoni jew kjarifiki, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lill-Kunsill Lokali.
Nirringrazzjawkom tal-kollaborazzjoni u l-fehim tagħkom.
Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk

📢Reminder:
IMPORTANT NOTICE REGARDING TRAFFIC DIVERSIONS – MARSAXLOKK
Marsaxlokk Local Council would like to inform residents of the traffic arrangements in connection with the event taking place on Sunday, 25th October.
📅 Saturday, 24th October 🕓 From 16:00 onwards:
• Coaches will not be permitted to pass through Xatt is-Sajjieda due to the road closure required for the Folk Festival stage, which will be located near Vendôme Tower.
• Cars will still be permitted to pass through Xatt is-Sajjieda; however, they will be required to turn back at the end of the road, towards Triq il-Kunċizzjoni.
📅 Sunday, 25th October 🕗 From 08:00 until 18:00:
• Neither coaches nor cars will be permitted to pass through Xatt is-Sajjieda due to the Folk Festival parade.
🚗 Access to the Parking Area and Football Ground
Those wishing to access the parking area near the football ground or other roads in the surrounding area are kindly requested to enter Marsaxlokk via Qajjenza.
We urge everyone to plan their routes in advance and take these traffic arrangements into consideration.
For further information or clarification, please contact the Marsaxlokk Local Council.
We thank you for your cooperation and understanding.
Marsaxlokk Local Council

📢 AVVIŻ IMPORTANTI: TILQIM STAĠJONALI 💉Nixtiequ li flimkien inwasslu messaġġ wieħed u sod biex inħeġġu lill-komunità tag...
23/10/2026

📢 AVVIŻ IMPORTANTI: TILQIM STAĠJONALI 💉

Nixtiequ li flimkien inwasslu messaġġ wieħed u sod biex inħeġġu lill-komunità tagħna tirreġistra għat-tilqim staġjonali.

👉 Min għadu ma rreġistrax mal-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk, jekk jogħġobkom jagħmel dan sa nhar it-Tnejn, 26 ta' Ottubru 2026.

Nappellaw b'mod speċjali lill-anzjani u l-persuni vulnerabbli sabiex ma jħallux għall-aħħar.

📍 Kif tista' tirreġistra:

Ċemplilna fuq in-numri 2165 2525 jew 2165 0937 biex nagħtukom l-għajnuna meħtieġa.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom! ❤️

📢 IMPORTANT NOTICE: SEASONAL VACCINATION 💉

We would like to share a clear and united message to encourage our community to register for the seasonal vaccination.

👉 Anyone who has not yet registered with the Marsaxlokk Local Council is kindly asked to do so by Monday, 26th October 2026.

We especially appeal to senior citizens and vulnerable individuals not to leave this to the last minute.

📍 How to register:

Call us on 2165 2525 or 2165 0937, and we will gladly assist you.

Thank you for your cooperation! ❤️

📢 AVVIŻ IMPORTANTI DWAR DEVJAZZJONIJIET TAT-TRAFFIKU – MARSAXLOKKIl-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk jixtieq jinforma lir-r...
20/10/2026

📢 AVVIŻ IMPORTANTI DWAR DEVJAZZJONIJIET TAT-TRAFFIKU – MARSAXLOKK

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk jixtieq jinforma lir-residenti dwar l-arranġamenti tat-traffiku b’rabta mal-attività li se ssir nhar il-Ħadd, 25 ta’ Ottubru.

📅 Is-Sibt, 24 ta’ Ottubru 🕓 Mill-16:00 ’il quddiem:
• L-ebda kowċ mhu se jitħalla jgħaddi minn Xatt is-Sajjieda minħabba l-għeluq tat-triq għall-palk tal-Folk Festival, li se jkun jinsab viċin it-Torri Vendôme.
• Il-karozzi xorta se jitħallew jgħaddu minn Xatt is-Sajjieda, iżda se jkollhom iduru lura fit-tarf tat-triq, minn Triq il-Kunċizzjoni.

📅 Il-Ħadd, 25 ta’ Ottubru 🕗 Mit-08:00 sat-18:00:
• L-ebda kowċ jew karozza mhu se jitħalla jgħaddi minn Xatt is-Sajjieda minħabba l-parata tal-Folk Festival.

🚗 Aċċess għall-parkeġġ etc.
Dawk li jixtiequ jaċċessaw il-parkeġġ viċin il-grawnd tal-futbol jew toroq oħra fil-viċinanza huma ġentilment mitluba jidħlu Marsaxlokk mill-Qajjenza.

Nappellaw lil kulħadd sabiex jippjana r-rotta tiegħu minn qabel.

Għal aktar informazzjoni jew kjarifiki, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lill-Kunsill Lokali fuq 21652525/21650937.

Nirringrazzjawkom tal-kollaborazzjoni u l-fehim tagħkom.

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk

📢 IMPORTANT NOTICE REGARDING TRAFFIC DIVERSIONS – MARSAXLOKK

Marsaxlokk Local Council would like to inform residents of the traffic arrangements in connection with the event taking place on Sunday, 25th October.

📅 Saturday, 24th October 🕓 From 16:00 onwards:
• Coaches will not be permitted to pass through Xatt is-Sajjieda due to the road closure required for the Folk Festival stage, which will be located near Vendôme Tower.
• Cars will still be permitted to pass through Xatt is-Sajjieda; however, they will be required to turn back at the end of the road, towards Triq il-Kunċizzjoni.

📅 Sunday, 25th October 🕗 From 08:00 until 18:00:
• Neither coaches nor cars will be permitted to pass through Xatt is-Sajjieda due to the Folk Festival parade.

🚗 Access to the Parking Area and Football Ground
Those wishing to access the parking area near the football ground or other roads in the surrounding area are kindly requested to enter Marsaxlokk via Qajjenza.

We urge everyone to plan their routes in advance and take these traffic arrangements into consideration.

For further information or clarification, please contact Marsaxlokk Local Council on 21652525/21650937.

We thank you for your cooperation and understanding.

Marsaxlokk Local Council

🧠 Ansjetà Marbuta mas-Saħħa, Biża’ mill-Kura Medika u Kif Tlaħħaq ma’ Dijanjosi.Ingħaqdu magħna għall-ewwel sessjoni mis...
19/10/2026

🧠 Ansjetà Marbuta mas-Saħħa, Biża’ mill-Kura Medika u Kif Tlaħħaq ma’ Dijanjosi.

Ingħaqdu magħna għall-ewwel sessjoni mis-sensiela tagħna dwar ir-rabta bejn il-moħħ u l-ġisem.

📅 Il-Ħamis 22 ta’ Ottubru 2026
⏰ 5:00pm – 7:00pm
📍 Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk
🎟️ B’XEJN – Miftuħa għal kulħadd

📞 Għar-reġistrazzjoni: 2165 0937 / 2165 2525

🧠 Health Anxiety, Fear of Medical Care & Coping with a Diagnosis

Join us for the first session in our series exploring the connection between the mind and body.

📅 Thursday 22 October 2026
⏰ 5:00pm – 7:00pm
📍 Marsaxlokk Local Council
🎟️ FREE – Open to all

📞 To register: 2165 0937 / 2165 2525

Willingness Team

Tilqim fil-KomunitàIr-residenti li jixtiequ jirreġistraw l-interess tagħhom biex jirċievu t-tilqim jistgħu jagħmlu kunta...
19/10/2026

Tilqim fil-Komunità

Ir-residenti li jixtiequ jirreġistraw l-interess tagħhom biex jirċievu t-tilqim jistgħu jagħmlu kuntatt dirett mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk sa nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Ottubru.

📞 Ċemplu fuq 21652525/21650937 għal aktar informazzjoni u biex tirreġistraw l-interess tagħkom.

Id-dati u l-ħinijiet tal-appuntamenti se jiġu kkomunikati aktar ’il quddiem

• Influwenza 18+ (eta 13-17 iridu jimlew l-consent form)
• COVID-19
• Pneumococcal (65 sena ’l fuq)
Dawk li ħadu t-tilqima f’dawn l-aħħar ħames snin huma mħeġġa ma jerġgħux jieħdu t-tilqima qabel ma jgħaddu ħames snin.
Dawk li jixtiequ jieħdu din it-tilqima għandhom jikkonsultaw mat-tabib tagħhom qabel jirreġistraw, sabiex jiġi vverifikat li huma eliġibbli għaliha, speċjalment jekk għandhom xi kundizzjonijiet mediċi.
Id-doża li tingħata din is-sena tista’ tipprovdi protezzjoni fit-tul, u jista’ ma jkunx hemm bżonn ta’ dożi oħra.

Address

Vittorio Cassar
Marsaxlokk
MXK1051

Opening Hours

Monday 08:00 - 16:00
Tuesday 08:00 - 16:00
Wednesday 08:00 - 16:00
Thursday 08:00 - 16:00
Friday 08:00 - 16:00
Saturday 08:00 - 11:30

Telephone

+35621652525

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Marsaxlokk Local Council posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Marsaxlokk Local Council:

Share