23/10/2026
STQARRIJA MILL-KUNSILL LOKALI TAL-MOSTA
Dwar il-pubblikazzjoni tal-Ombudsman fuq Vjal il-Qalbiena Mostin
Il-Kunsill Lokali tal-Mosta jixtieq jesprimi d-diżappunt tiegħu għall-fatt li l-Uffiċċju tal-Ombudsman għażel li joħroġ stqarrija pubblika dwar il-miżuri tat-traffiku fi Vjal il-Qalbiena Mostin, proprju waqt li għadhom għaddejjin diskussjonijiet bejn diversi entitajiet sabiex tinstab soluzzjoni konkreta u responsabbli.
Ta’ min ifakkar li lura fl-2022 kien l-Uffiċċju tal-Ombudsman stess li kiteb lill-Kunsill Lokali tal-Mosta u saħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jittieħdu miżuri biex titnaqqas il-veloċità tat-traffiku f’din it-triq.
Dan huwa fatt importanti fil-kuntest ta’ din il-kwistjoni, għaliex il-miżuri ta’ traffic calming kienu qed jiġu kkunsidrati biex jiġu indirizzati tħassib dwar is-sigurtà fit-toroq u l-perikli marbuta mal-veloċità eċċessiva.
Matul dan il-proċess saru diversi laqgħat u diskussjonijiet li fihom kienu involuti l-Uffiċċju tal-Ombudsman, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Transport Malta, Infrastructure Malta, id-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Barra minn hekk, proprju dan l-aħħar, rappreżentanti tal-Kunsill Lokali flimkien ma’ uffiċjali ta’ Transport Malta żaru lir-residenti kkonċernati sabiex jisimgħu direttament it-tħassib tagħhom u jevalwaw is-sitwazzjoni fuq il-post.
Bħalissa l-Kunsill qed jistenna rapport tekniku mingħand Transport Malta, li abbażi tiegħu għandha ssir laqgħa oħra bejn l-entitajiet konċernati sabiex jiġu diskussi l-passi li jmiss.
Filwaqt li nirrispettaw bis-sħiħ ir-rwol u l-funzjoni tal-Ombudsman, nemmnu li kien ikun aktar xieraq li jitqiesu l-iżviluppi u l-proċess ta’ koordinazzjoni li għadu għaddej qabel ma tinħareġ stqarrija pubblika li tista’ tagħti l-impressjoni li ma kien qed isir xejn.
Il-Kunsill jagħraf li għad hemm kwistjonijiet li jridu jiġu solvuti. Madankollu, huwa daqstant importanti li l-pubbliku jingħata stampa sħiħa tal-fatti, inkluż kif bdiet din il-kwistjoni, il-miżuri li ntalbu matul is-snin u l-ħidma li għadha għaddejja.
Il-Kunsill Lokali tal-Mosta mhux se jidħol f’kontroversji bla bżonn. Il-prijorità tagħna tibqa’ s-sigurtà tar-residenti, it-tnaqqis tal-inkonvenjenzi u soluzzjoni teknika li tkun effettiva u sostenibbli.
Se nkomplu naħdmu mal-entitajiet kompetenti u ninsistu sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa mingħajr aktar dewmien.
Kunsill Lokali tal-Mosta
---
STATEMENT BY MOSTA LOCAL COUNCIL
Regarding the Ombudsman's publication on Vjal il-Qalbiena Mostin
Mosta Local Council wishes to express its disappointment that the Office of the Ombudsman has chosen to issue a public statement concerning traffic-calming measures along Vjal il-Qalbiena Mostin while discussions between the relevant authorities are still ongoing to identify a concrete and responsible solution.
It is important to recall that, back in 2022, the Office of the Ombudsman itself wrote to Mosta Local Council stressing the urgent need to introduce traffic-calming measures along this road.
This is an important part of the background to the matter, as such measures were being considered to address concerns about road safety and the dangers associated with excessive speeding.
Throughout this process, several meetings and discussions have involved the Office of the Ombudsman, the Office of the Prime Minister, Transport Malta, Infrastructure Malta, the Local Government Department and Mosta Local Council.
Furthermore, Council representatives, together with Transport Malta officials, recently visited the residents concerned to hear their concerns directly and assess the situation on site.
The Council is currently awaiting a technical report from Transport Malta, following which a further meeting involving the relevant entities is expected to discuss the next steps.
While fully respecting the Ombudsman's role and responsibilities, the Council believes that greater consideration should have been given to the ongoing developments and coordination efforts before issuing a public statement that may create the impression that no action was being taken.
The Council acknowledges that outstanding issues remain. However, the public deserves a complete account of the facts, including how the matter originated, the measures requested over the years and the work currently underway.
Mosta Local Council does not intend to engage in unnecessary public controversy. Our priority remains residents' safety, reducing inconvenience and achieving an effective and sustainable technical solution.
The Council will continue working with the competent authorities and insist that the necessary decisions be taken without further delay.
Kunsill Lokali Mosta