18/05/2026
Persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni
Dawk il-persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni, jistgħu jmorru personalment fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal u jieħdu magħhom il-Karta tal-Identita’ biex jigbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom f’dawn il-ġranet u ħinijiet:
· Nhar it-Tlieta 19 ta’ Mejju 2026 bejn it-3.00 pm u d-9.00 pm;
· Minn nhar l-Erbgħa 20 ta’ Mejju 2026 sal-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2026
bejn it-8.00 am u s-1.00 pm u bejn it-3.00 pm u d-9.00 pm;
· Is-Sibt 23 ta’ Mejju 2026: bejn it-8.00 am u l-10.00 pm;
· Il-Ħadd 24 ta’ Mejju 2026: bejn it-8.00 am u nofsinhar.
Fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar id-dokumenti jinġabru mill-Għassa tal-Qawra.
Fil-lokalitajiet ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan, Bormla, Ħad Dingli, Il-Fontana, Ħal Għargħur, L-Għarb, L-Għasri, Ħal Għaxaq, Il-Gudja, Il-Gżira, Il-Ħamrun, L-Isla, L-Iklin, Il-Kalkara, Kerċem, Ħal Kirkop, Ħal Lija, Il-Marsa, Marsaskala, L-Imdina, L-Imġarr, L-Imsida, Il-Pietà, Pembroke, Ħal Safi, San Lawrenz, Santa Luċija, Is-Siġġiewi, Ta’ Xbiex, Ix-Xagħra u x-Xgħajra, id-dokumenti jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali fl-istess ġranet u ħinijiet.
Kull persuna trid turi l-Karta tal-Identita’. L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat.