L-Imqabba Local Council

L-Imqabba Local Council Merħba fil-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba L-importanza tal-Imqabba tibqa’ murija fil-fdalijiet arkeoloġiċi misjuba fil-viċinanzi tal-Imqabba. A.

L-Imqabba huwa villaġġ żgħir li jinsab fin-nofs in-nhar ta’ Malta u li fih jgħixu madwar 3,300 resident. Għalkemm l-Imqabba huwa villaġġ żgħir ħafna, huwa uniku minħabba li l-biċċa l-kbira tal-ġebla tal-franka li tinsab f'Malta ġejja mir-raħal tal-Imqabba. Għaldaqstant dan il-villaġġ huwa speċjali għax huwa mogħni bl-uniku riżorsi naturali misjuba fuq din il-gżira. Il-maġġoranza tad-djar li hawn M

alta huma mibnija bil-ġebla tal-franka li hija l-karatteristika ewlenija Maltija fil-kostruzzjoni tad-djar u bini ieħor. Il-fattur ġeografiku sawwar il-ħajja soċjo-ekonomika tal-villaġġ li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema tiegħu li jaħdmu fil-barrieri huma ħaddiema mill-Imqabba u mill-viċinanzi tal-Qrendi, Żurrieq, Siġġiewi, Kirkop, Safi u Luqa. Annimali estinti ġew misjuba fil-barrieri Ta’ Kandja u Tax-Xantin. Is-sejba ta’ għar li jinsab viċin is-sit magħruf bħala Bur Megħeż hija prova li n-nies Neolitiċi kienu hemmhekk. Madankollu waħda mill-iskoperti fl-Imqabba hija dik tal-Katakombi Paleo Kristjani f'tal-Mentna li nstabu fil-Pjazza tal-Ġublew tad-Djamanti fl-1860 mit-Tabib A. Caruana u l-Kaptan Strickland. Fil-fatt dan huwa kumpless ta’ Katakombi. Il-mejda tar-ritwal magħrufa bħala Agape, tiddomina l-istruttura sħiħa tal-oqbra. Dettalji arkeoloġiċi huma studjati mis-Sur Becker, Zammit u minn Bellanti. It-Torri Vinċenti huwa bini importanti fl-Imqabba mibni minn Prijur Orfeo de Vincenzo matul il-preżenza tal-Ordni ta’ San Ġwann f'Malta fl-1726. F’Jannar tal-1997, l-Awtorità ta’ l-Ippjanar skedat din il-proprjetà biex tibqa’ protetta flimkien ma’ diversi bini storiċi importanti, għalkemm din il-proprjetà hija privata. It-tradizzjoni qawwija reliġjuża tar-residenti hija murija fin-numru ta’ kappelli, niċeċ u knejjes fl-Imqabba, l-aktar waħda importanti hija il-Kappella ta’ San Bażilju li toriġina lura mis-seklu sittax. Il-knisja ġiet imkabbra fuq tliet okkażjonijet separati fejn l-aħħar parti kienet tlestiet fl-1515. Il-vittmi tal-pesta ġew midfuna kemm fil-kappella u kif ukoll fuq iz-zuntier. Maġenb il-Kappella ta’ San Bażilju, tinsab kappella oħra li hija ddedikata lil San Mikiel li nbniet fl-1550. Din reġgħet inbniet fl-1669 u l-ġebla skolpita tal-pjazza fil-faċċata fuq il-bieb, hija probabbli fdal tal-kappella oriġinali. l-Kappella tad-Duluri li tinsab fi Triq il-Parroċċa hija partikolari għax hija miżmuma fi stat tajjeb ħafna. Din il-kappella kienet inbniet qabel l-1550 u kienet iddedikata lill-Assunzjoni ta’ Marija. Imbagħad ġiet mibnija fl-1680 u minn dak in-nhar ’il quddiem ġiet iddedikata lill-Madonna tad-Duluri. Fuq iz-zuntier tal-Kappella ta’ San Ġwann ta’ Ħal Millieri kien hemm fonti mhux komuni li kien jintuża fil-magħmudija tat-trabi fiż-żminijiet antiki. Dan issa jinsab fil-Kappella tal-Lunzjata ftit passi bogħod. Il-knisja l-antika ġiet ipprofonata minn Mons Dusina fl-1575 u faċċata tagħha kien hemm knisja oħra ddedikata lil San Mikiel li kienet ipprofonata fl-1667. Wieħed ma jistax iħalli barra l-Kappella ta’ Santa Katerina li tinsab f’post ċentrali fl-Imqabba; faċċata tal-Knisja tal-Parroċċa. Il-knisja ġiet mibnija fl-1761 fil-post fejn kienu jeżistu ż-żewġ knejjes ddedikati lil San Pietru u lil Santa Katerina. Bini ieħor storiku u importanti huwa l-Isptar il-Qadim. Dan kien inbena mill-Kavallieri ta’ San Gwann fis-seklu 18 biex ifejjaq il-vittmi tal-pesta u mard ieħor. Bl-insistenza tal-kunsill, dan il-bini ġie irranġat u qed jiġi użat biex isiru fih diversi wirjiet, u laqgħat. Fis-26 t’Ottubru 1994, il-Kunsill Lokali tal-Imqabba ikkumissjona perit biex jeżamina l-istatwa ta’ San Franġisk u l-pedestall tal-ġebel li jinsab fi Pjazza Ġublew tad-Djamanti, maġenb Triq tas-Sejba. Billi t-triq imsemmija ġiet imwessa’ fis-snin sebgħin, il-pedestall tal-ġebel u l-istatwa ġew maqlugħa u nbnew fil-post preżenti. L-istatwa hija magħmula minn materjal imħallat bis-sengħa msejjaħ Stukko ta’ Gulio Moschetti fl-1899 li tixbaħ lill-mużajk. Il-kunsill temm ir-restawr tal-istatwa flimkien mal-pedestall, permezz tal-iskultur Angelo Agius. Il-villaġġ tal-Imqabba huwa antik u fl-1998 l-Knisja Parrokkjali ċċelebrat l-400 sena minn meta saret Parroċċa. Il-Knisja nnifisha hija mżejna b’mod rikk u l-koppla hija impressjonanti għax dik oriġinali kienet sofriet ħsarat kbar matul it-tieni gwerra dinija, u kellha tittella’ mil-ġdid. Fortunatament il-kampnar ma kien ġarrab l-ebda ħsarat. L-arloġġ kien ġie rranġat mill-mekkaniku Mqabbi Mikielanġ Sapiano li kien jagħmel u jirranġa l-arloġġi tal-knejjes. Għalkemm kienu saru diversi sforzi minn arluġġara oħra, dan ma sewa għalxejn għaliex ħadd ma kien sab tarfu. Hu kien ġie rikonnoxut aktar t**d bħala ġenju mekkaniku. Iż-żewġ każini tal-banda fil-villaġġ jinsabu fil-pjazza. Il-festi tal-villaġġ huma popolari ħafna mar-residenti. Fil-fatt, qed tingħata attenzjoni partikolari minn sena għall-oħra fuq in-nar tal-festi. Dan jiġbed ħafna nies, mhux biss lill-Maltin imma wkoll lit-turisti li jżuru l-gżira matul l-istaġun tas-sajf. L-Imqabba għandha taħlita ta’ tradizzjonijiet qodma u oħrajn ġodda. Din it-taħlita tagħti identità partikolari u unika lil dan il-villaġġ żgħir fin-nofs in-nhar ta’ Malta.

Qtugh ta' haxix minn Triq it-Torri Vincenti mill-haddiema tal-Kunsill.
07/09/2026

Qtugh ta' haxix minn Triq it-Torri Vincenti mill-haddiema tal-Kunsill.

Infakkrukhom li għada it-Tlieta 8 ta’ Settembru, Jum il-Vitorja, ser tinġabar il-borża tal-iskart imħallat bħas-soltu.Na...
07/09/2026

Infakkrukhom li għada it-Tlieta 8 ta’ Settembru, Jum il-Vitorja, ser tinġabar il-borża tal-iskart imħallat bħas-soltu.
Nawguralkom il-festa t-tajba!
----
We remind you that tomorrow Tuesday 8th September, Victory Day, the mixed waste bag will be collected as usual.
We wish you a happy holiday!

L-Imqabba lesta għal serata mimlija tradizzjoni, mużika u kultura. 💍Minn Tieġ Malti kantastorja ma' Mark Tonna, għal art...
05/09/2026

L-Imqabba lesta għal serata mimlija tradizzjoni, mużika u kultura. 💍
Minn Tieġ Malti kantastorja ma' Mark Tonna, għal artisti live, Kantera, katakombi miftuħin bla ħlas, karozzi antiki, artiġjanat, tombla, karaoke u ħafna aktar.
📍 Il-Pjazza tal-Knisja, l-Imqabba
📅 Il-Ġimgħa 25 ta' Settembru 2026
🕖 Mis-7:00pm 'il quddiem
Narawkom għal Tieġ Imqabbi.
Minn Pjazza għal Pjazza - Kull pjazza ssir palk, u kull ġrajja ssir mument kulturali.
Gvern Lokali

🇲🇹 It-Truck tal-WasteServ ser ikun f'Misraħ il-Fidwa (biswit Ġnien Onġi Onġella), l-Imqabba, nhar il-Ħamis 3 ta' Settemb...
02/09/2026

🇲🇹 It-Truck tal-WasteServ ser ikun f'Misraħ il-Fidwa (biswit Ġnien Onġi Onġella), l-Imqabba, nhar il-Ħamis 3 ta' Settembru 2026 bejn is-1:30pm u l-4pm.
Infakkru li permezz ta' dan is-servizz, il-pubbliku jista' jiddisponi minn:
✅ Tessuti
✅ Żejt tal-ikel
✅ Bozoz
✅ Tubi
✅ Ġablow
✅ Ħġieġ
✅ Plastik
✅ Metall
✅ Karti u Kartun
✅ Batteriji
Grazzi lil kulħadd.
🏴󠁧󠁢󠁥󠁮󠁧󠁿 The WasteServ truck will be in Misraħ il-Fidwa (next to Onġi Onġella Garden), Mqabba on Thursday 3rd September 2026 between 1:30pm & 16:30pm.
May we remind you that one may dispose of the following :
✅ Textiles
✅ Cooking Oil
✅ Light Bulbs
✅ Light Tubes
✅ Polystyrene
✅ Glass
✅ Plastic
✅ Metal
✅ Paper & Cardboard
✅ Batteries
Thank you. See less See less

01/09/2026

🇲🇹 Il-Korporazzjoni Enemalta tixtieq tavża li minħabba xogħlijiet fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, ghada l-Erbgha 2 ta' Settembru 2026 bejn is-6.30am u 13.30pm il-provvista tal-elettriku tista' tkun sospiża f'dawn it-toroq:
TRIQ IT- TROLL
TRIQ IL- PAL
TRIQ IL- MADONNA TAL-GILJU
TRIQ SANTA KATARINA
MISRAH IL- MISSJONI Z-ZGHIRA
TRIQ TAS- SEJBA
TRIQ DUN GIACOMO TORTELLA
Għal aktar informazzjoni tistgħu iċċemplu fuq 8007 2224 jew iżżuru s-sit https://www.enemalta.com.mt/planned-power-cuts/
🏴󠁧󠁢󠁥󠁮󠁧󠁿 Enemalta Corporation would like to advise that due to network maintenance and upgrade works, the electricity supply may be suspended in the following roads on tomorrow, Wedneday 2nd September 2026 6:30a.m. & 13:30pm.
TRIQ IT- TROLL
TRIQ IL- PAL
TRIQ IL- MADONNA TAL-GILJU
TRIQ SANTA KATARINA
MISRAH IL- MISSJONI Z-ZGHIRA
TRIQ TAS- SEJBA
TRIQ DUN GIACOMO TORTELLA
Further information can be obtained by calling 8007 2224 or through the website https://www.enemalta.com.mt/planned-power-cuts/ See less See less

Live Power Outage Map Current outages, planned and unplanned, are indicated on the map. Our team is doing its utmost to have your electricity supply restored as soon as possible. If you have no power and your area is not indicated on this map, check your electricity meter display.

💍 Immarka d-data għall-Imqabba!Il-Pjazza tal-Knisja se teħodna lura fiż-żmien għal serata mibnija madwar it-tradizzjonij...
31/08/2026

💍 Immarka d-data għall-Imqabba!
Il-Pjazza tal-Knisja se teħodna lura fiż-żmien għal serata mibnija madwar it-tradizzjonijiet u l-memorji ta' Tieġ Imqabbi.
📍 Il-Pjazza tal-Knisja, l-Imqabba
📅 25 ta' Settembru 2026
🕖 Mis-7:00pm 'il quddiem
Aktar dettalji dalwaqt. 👀
Minn Pjazza għal Pjazza - Kull pjazza ssir palk, u kull ġrajja ssir mument kulturali.
Gvern Lokali

AVVIŻIl-Kunsill Lokali javża lill-pubbliku li għada l-librerija ser tkun magħluqa.NOTICEThe Local Council would like to ...
28/08/2026

AVVIŻ
Il-Kunsill Lokali javża lill-pubbliku li għada l-librerija ser tkun magħluqa.
NOTICE
The Local Council would like to inform the general public that the library will be closed tomorrow.

Tindif ta’ spralli mill-haddiema tal-Kunsill.
26/08/2026

Tindif ta’ spralli mill-haddiema tal-Kunsill.

Iffriskar ta marki tat-toroq fi Triq il-Murselli, mill-haddiema tal-Kunsill.
25/08/2026

Iffriskar ta marki tat-toroq fi Triq il-Murselli, mill-haddiema tal-Kunsill.

24/08/2026

🇲🇹 Il-Korporazzjoni Enemalta tixtieq tavża li minħabba xogħlijiet fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, nhar l-Erbgha 26 ta' Awwissu 2026 bejn is-7.00a.m. u 13.30pm il-provvista tal-elettriku tista' tkun sospiża f'dawn it-toroq:
TRIQ IT- TROLL
TRIQ IL- PAL
TRIQ IL- MADONNA TAL-GILJU
TRIQ SANTA KATARINA
MISRAH IL- MISSJONI Z-ZGHIRA
TRIQ TAS- SEJBA
TRIQ DUN GIACOMO TORTELLA

Għal aktar informazzjoni tistgħu iċċemplu fuq 8007 2224 jew iżżuru s-sit https://www.enemalta.com.mt/planned-power-cuts/
🏴󠁧󠁢󠁥󠁮󠁧󠁿 Enemalta Corporation would like to advise that due to network maintenance and upgrade works, the electricity supply may be suspended in the following roads on Wedneday 26th August 2026 7:00a.m. & 13:30pm.

TRIQ IT- TROLL
TRIQ IL- PAL
TRIQ IL- MADONNA TAL-GILJU
TRIQ SANTA KATARINA
MISRAH IL- MISSJONI Z-ZGHIRA
TRIQ TAS- SEJBA
TRIQ DUN GIACOMO TORTELLA
Further information can be obtained by calling 8007 2224 or through the website https://www.enemalta.com.mt/planned-power-cuts/ See less

Live Power Outage Map Current outages, planned and unplanned, are indicated on the map. Our team is doing its utmost to have your electricity supply restored as soon as possible. If you have no power and your area is not indicated on this map, check your electricity meter display.

Address

29, Triq Il-Parrocca
Mqabba
MQB1512

Opening Hours

Monday 08:00 - 16:00
Tuesday 08:00 - 16:00
Wednesday 08:00 - 16:00
Thursday 08:00 - 16:00
Friday 08:00 - 16:00
Saturday 08:00 - 11:00

Telephone

+35621680622

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when L-Imqabba Local Council posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to L-Imqabba Local Council:

Shortcuts

Share