Tim Sport Partit Nazzjonalista

Tim Sport Partit Nazzjonalista Fergħa sportiva fi ħdan il-Partit Nazzjonalista - il-vuċi tal-isportivi u dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-isport

🏃‍♀️ We’re back! 🏃‍♂️Tim Sport is excited to organise the 5km Independence Run once again on Friday 18th September 2026!...
24/08/2026

🏃‍♀️ We’re back! 🏃‍♂️

Tim Sport is excited to organise the 5km Independence Run once again on Friday 18th September 2026! 🎉 Join us for a fun and energetic event — whether you're a seasoned runner or just want to take part and enjoy the atmosphere, everyone is welcome!

📅 Save the date and register now using the link below 👇
🔗 https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSet8O42Czp_DJZX7HHTQfyu1iQRvG4y588Sb055YpIYtw-R0Q/viewform?usp=sharing&ouid=100604672678775224927

We can’t wait to see you there! 💪🏅

Event Date: Friday 18th September 2026 Event Timing : 18:30hr Event Address: The Granaries, Floriana Contact us at : 99887807 - 77241201 - [email protected]

Flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, nagħtu l-appoġġ sħiħ tagħna għall-kontinwazzjoni tiegħu fit-tmexxij...
03/07/2026

Flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, nagħtu l-appoġġ sħiħ tagħna għall-kontinwazzjoni tiegħu fit-tmexxija tal-Partit. Nemmnu li, bl-għaqda, determinazzjoni u ħidma bla waqfien, nistgħu nkomplu nsaħħu l-Oppożizzjoni u nibnu alternattiva serja, kredibbli u lesta biex taqdi lil pajjiżna.

Wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, ħabbar ix-shadow cabinet tal-Oppożizzjoni, il-ħidma qed tkompli b’imp...
01/07/2026

Wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, ħabbar ix-shadow cabinet tal-Oppożizzjoni, il-ħidma qed tkompli b’impenn u determinazzjoni.

Illejla, il-fergħa tagħna kellha laqgħa uffiċjali ma' Graham Bencini , shadow Minister għall-isport, sabiex flimkien nkomplu nfasslu politika sportiva serja, kredibbli u sostenibbli li twieġeb għall-isfidi u l-aspettattivi tas-settur sportiv.

Nemmnu li politika mibnija fuq il-konsultazzjoni, il-kompetenza u l-viżjoni hija essenzjali biex noffru alternattiva ta’ gvern li tpoġġi lill-isportivi, il-klabbs u l-għaqdiet sportivi fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet. Din hija l-ħidma li qed inkomplu nwettqu, b’responsabbiltà u b’impenn lejn futur aħjar għall-isport f’pajjiżna.

Partit Nazzjonalista jemmen li l-isport għandu jkun prijorità nazzjonali, b’aktar investiment fil-faċilitajiet, fil-klab...
27/05/2026

Partit Nazzjonalista jemmen li l-isport għandu jkun prijorità nazzjonali, b’aktar investiment fil-faċilitajiet, fil-klabbs u fl-opportunitajiet għall-atleti Maltin u Għawdxin. 🇲🇹💙

Alex Borg

L-isport mhuwiex biss passatemp iżda għall-Partit Nazzjonalista dan is-settur hu tant importanti li Gvern ġdid immexxi minn Alex Borg qed jippreżenta pjan ta’ azzjoni fejn is saħħa u l isport jitqiesu bħala pilastri strateġiċi li jtejbu l kwalità tal ħajja tiegħek u ta’ dawk għeżie...

27/05/2026

Wasal dan il-filmat għand Tim Sport tal-Partit Nazzjonalista, li juri d-diżastru li tinsab fih il-korsa taż-żwiemel fil-Marsa.

Dawn id-dilettanti kienu mwiegħda korsa tal-ogħla livell. Madankollu, wara x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni, tqiegħed żrar li wassal biex diversi żwiemel weġġgħu. F’Jannar 2026 reġa’ nbidel iż-żrar tal-istess korsa, iżda r-riżultat jidher ċar f’dan il-filmat.

Partit Nazzjonalista fil-Gvern huwa kommess li jaħdem għall-isportivi kollha, sabiex ikollhom l-aqwa faċilitajiet fejn jipprattikaw l-isport tagħhom.

Alex Borg
David Agius

Il-President u l-membri tal-fergħa Tim Sport PN flimkien mal- Onor. David Agius jifirħu lil Floriana FC għar-rebħ tal-ka...
16/05/2026

Il-President u l-membri tal-fergħa Tim Sport PN flimkien mal- Onor. David Agius jifirħu lil Floriana FC għar-rebħ tal-kampjonat Premier għall-istaġun 2025–26. Dan huwa s-27 kampjonat fl-istorja ta’ florianafootballclub — kisba oħra importanti għal dan il-klabb storiku.

PROSIT ⚪️🟢

Partit Nazzjonalista
Alex Borg

Tim Sport Partit Nazzjonalista jifraħ lil Valletta Subbuteo Club għas-suċċes li għamlu f'Mallorca fejn hemmhekk rebħu l-...
10/05/2026

Tim Sport Partit Nazzjonalista jifraħ lil Valletta Subbuteo Club għas-suċċes li għamlu f'Mallorca fejn hemmhekk rebħu l-Major Grand Prix wara li għelbu lil Subbuteo Club Virtus 4strade Rieti. It-Tim magħmul mill captain Samuel Bartolo, Derek Conti, Mark Gauci, Jurgen Balzan, Kurt Polidano u l-Belġjan Christoph Dheur waslu sal-finali wara li rebħu s-semi finali 3-2 kontra t-tim li jinsab fit-2 post mondjali Filli Bari SC 3-2. Prosit 💪

05/05/2026
Alex Borg David Agius Partit Nazzjonalista Andrè Muscat
04/05/2026

Alex Borg David Agius Partit Nazzjonalista Andrè Muscat

Huwa TAL-MISTĦIJA kif il-Prim Ministru qed jipprova jidħak bin-nies!Proġett tal-korsa tal-kwart ta’ mil li kellu jkun le...
04/05/2026

Huwa TAL-MISTĦIJA kif il-Prim Ministru qed jipprova jidħak bin-nies!

Proġett tal-korsa tal-kwart ta’ mil li kellu jkun lest sa Novembru 2025 — u għadu mhux lest sal-lum — qed jiġi mmanipulat għal propaganda elettorali. Dan mhux suċċess… dan hu falliment moħbi wara spin politiku!

Agħar minn hekk, qed jippruvaw ibigħu lill-poplu storja falza: open day tal-korsa tal-kwart ta’ mil qed tiġi ppreżentata bħallikieku hija t-trakka tal-karozzi li ilha tiġi mwiegħda mill-2013. Dan huwa qerq ċar u nuqqas ta’ rispett lejn iċ-ċittadini u dilettanti tal-motorsport.

Ejja niftakru:
➡️ Il-wegħda tat-trakka ilha mill-2013
➡️ Id-dilettanti tal-motorsport ilhom SENTEJN mingħajr korsa tal-kwart ta’ mil
➡️ U llum qed jippruvaw jagħtuna illużjoni minflok riżultati

Il-poplu Malti jixraqlu aħjar. Jixraqlu verità, mhux propaganda. Jixraqlu azzjoni, mhux propoganda qarrieqa!

Partit Nazzjonalista | Alex Borg | David Agius | NET News | .andre

Address

Dar Centrali
Pietà

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Tim Sport Partit Nazzjonalista posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Tim Sport Partit Nazzjonalista:

Shortcuts

Share