27/05/2026
B’sogħba kbira tħabbret il-mewt tal-"Major”, wieħed mill-aktar residenti magħrufa u ikoniċi tal-lokalità tagħna. 🕊️
Il-"Major" kien persuna magħrufa ħafna fost ir-residenti Slimiżi, wiċċ familjari li kont issibu kważi f’kull festa, attività u avveniment organizzat fil-lokalità tagħna, dejjem idur fit-toroq ta’ Tas-Sliema li tant kien iħobb. 🩵💙
Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema jagħti l-kondoljanzi sinċieri lill-familja, qraba u ħbieb tiegħu kollha.
Strieħ fis-sliem Major. 🙏