Akkomodazzjoni

Akkomodazzjoni Il-Paġna uffiċjali tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet

04/09/2026

Is-sussidju tal-kera mhux se jintilef iktar f'daqqa jekk familja timxi pass 'l quddiem fid-dħul tagħha!

Aħna rridu li nippremjaw il-bżulija u ninċentivaw il-mobbilta' soċjali.

Mil-lum 'il quddiem dawk kollha li jibbenefikaw mis-sussidju fuq il-kera (il-Housing Benefit Scheme) u li jkunu għamlu pass 'il quddiem f'ħajjithom u bis-saħħa ta' dak il-pass id-dħul tagħhom beda jaqbeż il-limitu ta’ eliġibbiltà se jkollhom perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn.

👉 Matul l-ewwel sena: jibdew jieħdu 50% tas-sussidju
👉 Matul it-tieni sena: jibdew jieħdu 25% tas-sussidju

B’hekk, familji li jtejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom ikollhom iż-żmien jadattaw mingħajr ma jitilfu l-għajnuna f’daqqa, mil-lum għal għada.

Din hi wiegħda oħra tal-Manifest Elettorali implimentata fl-ewwel 1️⃣0️⃣0️⃣ jum tal-Gvern ✔️.

Owen Bonnici

04/09/2026

Meta tixtri dar, tkun qed tieħu waħda mill-aktar deċiżjonijiet importanti f’ħajtek 🏠.

Għalhekk irridu li kull xerrej, u anke l-bejjiegħ, ikun jaf eżatt x’inhuma d-drittijiet tiegħu, x’inhuma r-responsabbiltajiet tiegħu u x’jista’ jagħmel biex jipproteġi lilu nnifsu.

Nidejna konsultazzjoni pubblika dwar ħames prinċipji importanti biex flimkien infasslu Buyers’ Charter – għodda li tagħti aktar trasparenza, aktar għarfien u aktar saħħa lill-konsumatur fis-suq tal-proprjetà.

Dan huwa wkoll wieħed mill-impenji elettorali li bdejna nwettqu fl-ewwel 100 jum ta’ dan il-Gvern.

🗣️ Il-konsultazzjoni pubblika se tibqa’ miftuħa għal xahrejn. Inħeġġeġ lil kull min għandu interess biex jagħti l-opinjoni tiegħu fuq https://www.gov.mt/mt/publicconsultation/Pages/2026/NL-0031-2026.aspx

Owen Bonnici

31/08/2026

🏠 Minn €10,000 għal €20,000

L-għajnuna taħt l-iskema tal-First Time Buyers se tirdoppja għal €20,000 għal persuni b’diżabilità li jkunu qed jixtru l-ewwel dar tagħhom.

Għax kull persuna għandha tkun tista’ tagħmel dan il-pass b’aktar serħan il-moħħ u bl-appoġġ meħtieġ. 🤝

L-ewwel dar. Aktar għajnuna. Aktar opportunitajiet.

28/08/2026

M’aħniex se nieqfu mument wieħed naħdmu favur il-familji Maltin u Għawdxin fid-diversi komunitajiet tagħna. 🇲🇹👨‍👩‍👧‍👦

Kif qed nagħmlu f’Birżebbuġa, fejn għaddejna art pubblika biswit l-Iskola Primarja lill-Kunsill Lokali mmexxi minn Scott Camilleri Bilocca, sabiex fiha l-Kunsill Lokali jkun jista’ jara li jsir ġnien u bandli biex jitgawda mit-tfal. 🌳🛝

Determinati li nkomplu nieħdu miżuri li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti. 🤝🏘️✨

Owen Bonnici
Alison Zerafa Civelli

Miżura tal-manifest elettorali mhux biss imwettqa iżda implimentata aktar milli mwiegħed fl-ewwel 1️⃣0️⃣0️⃣ jum ta' Gver...
27/08/2026

Miżura tal-manifest elettorali mhux biss imwettqa iżda implimentata aktar milli mwiegħed fl-ewwel 1️⃣0️⃣0️⃣ jum ta' Gvern ġdid.

Dawk kollha li għandhom l-EU Disability Card u huma first-time buyers se jgawdu minn għotja ta' €20,000 flok €10,000 fuq l-ewwel xiri ta' proprjetà.

Aktar għajnuna biex aktar nies ikollhom dar tagħhom 🏠Tliet bidliet importanti se jwessgħu din l-għajnuna biex tkun aktar...
21/08/2026

Aktar għajnuna biex aktar nies ikollhom dar tagħhom 🏠

Tliet bidliet importanti se jwessgħu din l-għajnuna biex tkun aktar ġusta u tirrifletti ċ-ċirkostanzi differenti tal-familji:

🔹 €20,000 għal persuni b’diżabilità li jixtru l-ewwel dar tagħhom.
🔹 Għajnuna ta’ €1,000 fis-sena għal 10 snin għal persuni li jkunu rċevew proprjetà b’donazzjoni u mbagħad jieħdu self biex jibnu jew ilestu r-residenza tagħhom.
🔹 L-għotja se tkun disponibbli wkoll għal ċerti każijiet ta' persuni li jgħaddu minn separazzjoni personali u li jkollhom bżonn jixtru proprjetà ġdida bħala r-residenza primarja u unika tagħhom.

Dawn il-bidliet, imwiegħda wkoll fl-aħħar manifest elettorali, qed jitwettqu fl-ewwel mitt jum tal-leġiżlatura l-ġdida.

Owen Bonnici

17/08/2026

⏱️ Inqas stennija, aktar effiċjenza.

Matul l-2025, l-Awtorità tad-Djar kompliet tinvesti fid-diġitalizzazzjoni biex ittejjeb is-servizzi tagħha. B’riżultat ta’ dan, iż-żmien medju bejn is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni u l-ewwel ħlas tas-sussidju tal-kera naqas minn 69 jum għal 23 jum biss.

Teknoloġija li tagħmel differenza konkreta fil-ħajja tan-nies.

https://housingauthority.gov.mt

🇲🇹 Opportunita' ta' xogħol mill-Ministeru ghall-Akkomodazzjoni u l- Artijiet.Data tal-Għeluq: il-21 t' Awwissu, 2026 fis...
11/08/2026

🇲🇹 Opportunita' ta' xogħol mill-Ministeru ghall-Akkomodazzjoni u l- Artijiet.
Data tal-Għeluq: il-21 t' Awwissu, 2026 fis-1:30pm
Agħfas biex tapplika:
Post of Manager I (Accounting and Finance): https://shorturl.at/CoQyR
________
🇬🇧 Ministry for Accommodation and Lands announces a job opportunity:
Closing Date: 21th August 2026 at 1:30pm
Click to apply:
Post of Manager I (Accounting and Finance) : https://shorturl.at/CoQyR

🇲🇹 Opportunita' ta' xogħol mill-Ministeru ghall-Akkomodazzjoni u l- Artijiet.Data tal-Għeluq: il-21 t' Awwissu, 2026 fis...
11/08/2026

🇲🇹 Opportunita' ta' xogħol mill-Ministeru ghall-Akkomodazzjoni u l- Artijiet.
Data tal-Għeluq: il-21 t' Awwissu, 2026 fis-1:30pm
Agħfas biex tapplika:
Post of Senior Manager : https://shorturl.at/1eGpA
________
🇬🇧 Ministry for Accommodation and Lands announces a job opportunity:
Closing Date: 21th August 2026 at 1:30pm
Click to apply:
Post of Senior Manager : https://shorturl.at/1eGpA

06/08/2026

Investiment ta’ aktar minn €870,000 f’Ħal Għaxaq biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta' sitt blokok fil-Housing Estate permezz ta’ proġetti ta’ tisbiħ, manutenzjoni, installazzjoni ta’ lifts u titjib fl-ispazji interni u pubbliċi.

Barra minn hekk wettaqna xogħlijiet ta’ tisbiħ, manutenzjoni u landscaping fi Ġnien Emanuel Vassallo (il-bandli) u l-madwar.

Se nkomplu naħdmu 👊

Owen Bonnici

Address

41, Merchant Street
Valletta

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Akkomodazzjoni posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share