27/07/2026
Nhar l-20 ta’ Lulju, RSIRD irrappreżentat mid-Direttur Dr Anthony Sammut u l-Assistent Direttur Joyce Grech flimkien mal-Prof Carmel Cefai mill-Universita ta’ Malta ltaqghu mal-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta fil-Palazz ta’ San Anton fejn ġie ppreżentat kopja tar-rapport A National Study on the Social and Emotional Wellbeing and Academic Learning Competences of School Students in Malta (SEWAL).
On 20 July, RSIRD, represented by Director Dr Anthony Sammut and Assistant Director Joyce Grech, together with Prof. Carmel Cefai from the University of Malta, met with Her Excellency Myriam Spiteri Debono, President of Malta, at San Anton Palace, where a copy of the report A National Study on the Social and Emotional Wellbeing and Academic Learning Competences of School Students in Malta (SEWAL) was presented.
▪️ L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, laqgħet fil-Palazz ta' Sant'Anton lill- awturi tar-rapport A National Study on the Social and Emotional Wellbeing and Academic Learning Competences of School Students in Malta (SEWAL).
Matul il-laqgħa, il- Professur Carmel Cefai, is-Sinjura Joyce Grech u Dr. Anthony Sammut ippreżentaw kopja ta’ dan l-istudju nazzjonali lill-President u ddiskutew ir-riżultati ewlenin tiegħu. L-istudju eżamina l-benessri soċjali, emozzjonali kif ukoll il-kompetenzi akkademiċi tat-tfal u ż-żgħażagħ f'Malta, mill-ewwel snin tal-edukazzjoni tagħhom sat-tmiem tas-sekondarja.
Il-President saħqet fuq l-importanza ta' studji bħal dawn, li joffru bażi soda għat-tfassil ta' politiki u inizjattivi mmirati biex jissaħħu kemm il-benesseri kif ukoll l-esperjenza edukattiva tat-tfal u ż-żgħażagħ. Hija enfasizzat ukoll il-ħtieġa li l-isfidi li qed jaffaċċjaw l-istudenti jiġu indirizzati b'mod ħolistiku, sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw u jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.
L-istudju sar mill-Università ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Isport, u l-Ambaxxata Amerikana f’Malta.
▪️ H.E. Myriam Spiteri Debono, President of Malta, met with the authors of the report 'A National Study on the Social and Emotional Wellbeing and Academic Learning Competences of School Students in Malta' (SEWAL).
During the meeting, Professor Carmel Cefai, Ms Joyce Grech and Dr. Anthony Sammut presented a copy of this national study to the President and discussed its main findings. The study examined the social, emotional well-being and the academic competences of children and young people in Malta, from the first years of their education to the end of secondary school.
The President stressed the importance of such studies, which offer a solid basis for the design of policies and initiatives aimed at strengthening both the well-being and the educational experience of children and young people. She also stressed the need to address the challenges facing students in a holistic manner, so that they can develop and reach their full potential.
The study was conducted by the University of Malta in collaboration with the Ministry for Education and Sport, and the U.S. Embassy Valletta, Malta.
📷 Francis Debono