Is-Servizz Pubbliku

Is-Servizz Pubbliku Il-Paġna Uffiċjali tas-Servizz Pubbliku |
The Official Page of the Malta Public Service

Is-Servizz Pubbliku

Is-Servizz Pubbliku huwa magħmul mill-ministeri u d-dipartimenti tal-Gvern. Is-Servizz Pubbliku huwa l-qalba tal-makkinarju amministrattiv tal-Gvern, iżda mhuwiex l-uniku parti tiegħu. Hemm ukoll awtoritajiet u aġenziji mwaqqfa bil-liġi, fondazzjonijiet tal-Gvern, u kumpaniji kummerċjali li tagħhom il-Gvern għandu maġġoranza tal-ishma. Dawn l-entitajiet huma parti mis-settur pubbliku iżda mhux mis-Servizz Pubbliku. Is-Servizz Pubbliku jiġbor fih madwar 30,000 impjegat filwaqt li l-entitajiet fil-bqija tas-settur pubbliku jħaddmu madwar 20,000 impjegat oħra. L-impjegati tas-Servizz Pubbliku jissejħu uffiċjali pubbliċi (public officers), kif ukoll impjegati tal-Gvern. Dan għaliex il-ministeri u d-dipartimenti li jħaddmuhom huma parti integrali mill-Gvern ta’ Malta. Mill-banda l-oħra, l-entitajiet fil-bqija tas-settur pubbliku għandhom personalità legali distinta minn dik tal-Gvern – jiġifieri li filwaqt li dawn l-entitajiet jaqgħu taħt il-Gvern ta’ Malta, mhumiex parti minnu u għaldaqstant l-impjegati ta’ dawn l-entitajiet mhumiex impjegati tal-Gvern. In-nuqqas ta’ personalità legali distinta mhix l-uniku ħaġa li tgħaqqad il-ministeri u d-dipartimenti tal-Gvern. Dawn għandhom inkomuni wkoll il-karatteristiċi li ġejjin:

struttura komuni ta’ pagi bbażata fuq 20 skala ta’ salarju. sistema komuni ta’ gradi u pożizzjonijiet li jippermettu li l-impjegati jiċċaqilqu minn ministeru jew dipartiment għal ieħor. il-ħatriet u d-dixxiplina tal-impjegati jsiru taħt l-awtorità tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, korp indipendenti mwaqqaf mill-Kostituzzjoni sabiex jassigura li l-ħatriet isiru mingħajr diskriminazzjoni u d-dixxiplina ssir bil-ġustizzja. Id-distinzjoni bejn is-Servizz Pubbliku u s-settur pubbliku tiddependi minn dawn il-karatteristiċi, u mhux neċessarjament mill-qasam operattiv. Pereżempju, membru tal-Korp tal-Pulizija huwa uffiċjal pubbliku filwaqt li suldat fil-Forzi Armati ta’ Malta mhuwiex. Bl-istess mod, għalliem fi skola tal-Gvern huwa uffiċjal pubbliku filwaqt li lecturer fl-MCAST jew l-Università mhuwiex.

🇲🇹 Malta tirbaħ 2 - 1 kontra l-Andorra! Prosit Malta ❤️Malta Football Association - 1900
24/09/2026

🇲🇹 Malta tirbaħ 2 - 1 kontra l-Andorra! Prosit Malta ❤️

Malta Football Association - 1900

Malta taffaċċja lil Andorra  ilejla fl-Istadjum t’Andorra ⚽ Forza Malta! 🇲🇹Malta Football Association - 1900
24/09/2026

Malta taffaċċja lil Andorra ilejla fl-Istadjum t’Andorra ⚽ Forza Malta! 🇲🇹

Malta Football Association - 1900

🇲🇹 Ir-Rabat, Għawdex, intgħażel bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2031.Pass importanti għal Għawdex u oppo...
24/09/2026

🇲🇹 Ir-Rabat, Għawdex, intgħażel bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2031.

Pass importanti għal Għawdex u opportunità biex il-kultura u l-identità jkomplu jiġu esposti fuq livell Ewropew 👏

Għawdex

24/09/2026

'Back to School' - Din il-frażi ġġiblek xi memorji tal-passat skolastiku tiegħek?

📣 The fixtures are set and the power is in your hands! Vote for your favourite Royal on our Instagram Stories starting o...
23/09/2026

📣 The fixtures are set and the power is in your hands! Vote for your favourite Royal on our Instagram Stories starting on the 28th of September 🤩

Who’s making it through to the next round? 🤔

23/09/2026

👑 The Ride Like Royals Knockout Fixtures are officially out! 🏁

You will be voting daily on our stories, deciding who's making it through to the next round 👀

Jisimni Alfred Sharples u ili naħdem fil-qasam ambjentali għal aktar minn 30 sena.Illum inservi bħala Team Manager fit-t...
23/09/2026

Jisimni Alfred Sharples u ili naħdem fil-qasam ambjentali għal aktar minn 30 sena.

Illum inservi bħala Team Manager fit-taqsima tal-Konformità u l-Infurzar tal-ERA. Flimkien mat-tim tiegħi, naħdmu biex niżguraw li n-negozji jimxu mar-regoli tal-immaniġġjar tal-iskart fejn tikkonċerna r-responsabbiltà estiża tal-produttur li jinkludu l-imballaġġ (packaging), it-tagħmir elettroniku (WEEE) u l-batteriji. Nissorveljaw ukoll it-trasport u r-rimi tal-iskart, kif ukoll l-esportazzjoni tiegħu barra minn Malta.

Parti oħra mix-xogħol tiegħi tinkludi spezzjonijiet fuq il-baħar permezz tal-RHIB tal-Awtorità, fosthom niżguraw konformità mal-Permessi Ambjentali tal-fish farms u sorveljanza f’żoni marittimi protetti sabiex nipproteġu speċi bħall-posidonja, rizzi, fkieren, dniefel u għasafar tal-baħar.

L-akbar sodisfazzjon għalija hu li nħoss li x-xogħol ta’ kuljum tagħna qed jagħmel differenza konkreta fil-ħarsien tal-ambjent kemm fil-present u anke għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Nifirħu lill-Ispettur Elisia Scicluna, li reċentement iggradwat mill-FBI National Academy f’Quantico, Virginia, wara li ...
21/09/2026

Nifirħu lill-Ispettur Elisia Scicluna, li reċentement iggradwat mill-FBI National Academy f’Quantico, Virginia, wara li temmet b’suċċess programm ta’ 10 ġimgħat, li matulu kisbet riżultati eċċezzjonali 👏🏻

The Malta Police Force | Sigurtà

Dementia and Brain Health Awareness in Valletta📍 Dementia Awareness Stand – Parliament Buildings📅 24–26 September | 8:00...
21/09/2026

Dementia and Brain Health Awareness in Valletta

📍 Dementia Awareness Stand – Parliament Buildings
📅 24–26 September | 8:00 AM–2:00 PM

📍 Brain Health Awareness Exhibition – St James Cavalier
📅 25 September | 10:00 AM–1:00 PM

Visit us and learn more about dementia and brain health 💙

Flimkien aktar b'saħħitna! 🫂Ingħaqdu magħna għal attività b’xejn għall-familja kollha, mimlija attivitajiet divertenti, ...
17/09/2026

Flimkien aktar b'saħħitna! 🫂

Ingħaqdu magħna għal attività b’xejn għall-familja kollha, mimlija attivitajiet divertenti, premjijiet, divertiment u messaġġi pożittivi dwar il-prevenzjoni.

🗓️ 19 ta’ Settembru 2026 | 🕕 6pm–10pm
📍 Pretty Bay, Birżebbuġa

💙 Nippromwovu l-benesseri, stil ta’ ħajja b’saħħtu u l-prevenzjoni tal-użu ta’ sustanzi.

Servizzi u Benefiċċji Soċjali

Address

Valletta

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Is-Servizz Pubbliku posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Is-Servizz Pubbliku:

Shortcuts

Share