Ċentru Laburista Msida

Call Directions

Ċentru Laburista Msida Centru Laburista Imsida -

26/10/2026

Tibda titwettaq wegħda biex il-Carer’s Grant jilħaq il-Paga Minima Nazzjonali.

Din hija għajnuna li jgawdu minnha ġenituri li ma jaħdmux biex jieħdu ħsieb uliedhom b’diżabilità severa. L-għajnuna se titla’ għal €7,500 fis-sena.

26/10/2026
26/10/2026

Fl-2027 jingħalaq il-proċess li beda fl-2022 biex ir-romol kollha jgawdu mill-pensjoni sħiħa taż-żewġ terzi.

Aktar minn 7,000 persuna se jkollhom żieda oħra fil-pensjoni tagħhom.

26/10/2026

Wegħda oħra li bdejna nwettqu. Minn Jannar, żieda ta’ €10 fil-ġimgħa għall-pensjonanti.

Din hija l-ewwel parti mill-€50 fil-ġimgħa mwiegħda tul il-leġiżlatura. Mill-2013 ’l hawn, iż-żidiet fil-pensjonijiet se jkunu laħqu mill-inqas €92.40 fil-ġimgħa.

26/10/2026

€400 miljun f’sussidji biex inkomplu nipproteġuk miż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija.

26/10/2026

Wegħedna li nippremjaw il-bżulija u dik il-wegħda se nżommuha.

Mis-sena d-dieħla, se jibda jingħata s-Superbonus ta’ €1,000 għall-ħaddiema eliġibbli.

Nifirhu lil Players u lil Kumitat Msida Bocci Club  ta' dan l- unur hekk prestigjuz li irnexxilkom igibu lejn l-Imsida. ...
10/10/2026

Nifirhu lil Players u lil Kumitat Msida Bocci Club ta' dan l- unur hekk prestigjuz li irnexxilkom igibu lejn l-Imsida. Prosit.

Il-bieraħ flimkien mad-delegati kollha tad-disa’ distrett ilqajna lill-kandidati kollha li qed jikkontestaw għall-Eżekut...
01/10/2026

Il-bieraħ flimkien mad-delegati kollha tad-disa’ distrett ilqajna lill-kandidati kollha li qed jikkontestaw għall-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista ġewwa s-sala tal-każin tagħna, sabiex kulħadd seta’ jaqsam il-ħsibijiet u l-ideat tiegħu dwar kif flimkien inkomplu nsaħħu l-partit tagħna.

Flimkien magħqudin! 💪🔴

Fid-dawl tal-approvazzjoni tal-applikazzjoni PC/00139/17, li l-bieraħ kellha s-smigħ tagħha quddiem l-Awtorità tal-Ippja...
05/08/2026

Fid-dawl tal-approvazzjoni tal-applikazzjoni PC/00139/17, li l-bieraħ kellha s-smigħ tagħha quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u ġiet approvata, il-Kumitat tal-Partit Laburista tal-Imsida jibqa’ konsistenti fil-pożizzjoni tiegħu kontra dan l-iżvilupp.

L-iżvilupp fuq dan is-sit li kien inkluż fiż-Żona tal-Iżvilupp fl-2006, ma jirriflettix l-interess tal-komunità u għaldaqstat, aħna se nibqgħu nappoġġjaw bis-sħiħ lill-kunsilliera tagħna f’isem il-Partit Laburista, li b’mod konsistenti mill- 2017 oġġezzjonaw għal dan l-iżvilupp, kif ukoll lir-residenti u lill-komunità kollha ta’ Swatar u l-Imsida li ma jaqblux ma’ din id-deċiżjoni.

Il-Kumitat tal-Partit Laburista tal-Imsida se jkompli jaħdem favur l-interess tal-komunità u biex jħares u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja u l-ambjent tal-lokalità tagħna.

B’referenza għall-applikazzjoni tal-Ippjanar PC/00139/17 sabiex tiġi żviluppata biċċa mill-aħħar art verġni li fadal fil...
03/08/2026

B’referenza għall-applikazzjoni tal-Ippjanar PC/00139/17 sabiex tiġi żviluppata biċċa mill-aħħar art verġni li fadal fil-lokalità tagħna ta’ Swatar/Imsida, il-Kumitat tal-Partit Laburista tal-Imsida qed joġġezzjona għal dan l-iżvilupp propost fi Triq Indri Grima, fin-naħa t’isfel tal-lokalità tagħna.

Din hija waħda mill-aħħar żoni miftuħa li fadal f’Swatar/Imsida, fejn ir-residenti u l-pubbliku jistgħu jimxu u jgawdu ambjent aktar naturali mingħajr ma jkunu mdawrin kompletament bil-bini. It-telf ta’ dan l-ispazju jkun ta’ detriment għall-karattru tal-lokalità u għall-kwalità tal-ħajja tar-residenti.

Barra minn hekk, ir-raba’ li jinsab fis-sit jaqdi funzjoni importanti fil-ġestjoni tal-ilma tax-xita, peress li jassorbi ammont sostanzjali ta’ ilma waqt maltempati u xita qawwija. Dan jgħin biex jitnaqqas il-volum tal-ilma li jinżel lejn Wied l-Imsida u b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ problemi relatati mal-għargħar fl-inħawi.

Nappellaw lis-sens komun biex jipprevali u nitolbu lill-Awtorità tal-Ippjanar tirrifjuta din l-applikazzjoni fl-interess tar-residenti, tal-ambjent u tal-ġid komuni tal-lokalità tagħna.

Kumitat, Każin Partit Laburista Imsida

Address

Msida

Telephone

+35699486667

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Ċentru Laburista Msida posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share

Nearby government services